+Artikolu 46
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
---+Artikolu 46 7.

Artikolu 46

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
L-informazzjoni miksuba waqt l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi protetta mil-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.
Artikolu 46 2.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u tal-informazzjoni sensittiva, kunfidenzjali u klassifikata oħra miksuba u pproċessata fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri li jridu jittieħdu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali rilevanti.
Artikolu 46 3.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kklassifikata pprovduta jew skambjata skont dan ir-Regolament ma tiġix degradata jew deklassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonalirilevanti.
Artikolu 46 4.
Fejn Stat Membru jikkunsidra l-iżvelar ta’ informazzjoni aggregata skont l-Artikolu 22 aktarx tikkomprometti l-interess tas-sigurtà nazzjonali tiegħu, dan jista’, permezz ta’ avviż ġustifikat, joġġezzjona għall-iżvelar tal-Kummissjoni ta’ dik l-informazzjoni.
Artikolu 46 5.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, l-uffiċjali, l-impjegati u persuni oħra tagħhom li jaħdmu bis-superviżjoni ta’ dawk l-awtoritajiet għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali rilevanti. Dan l-obbligu japplika wkoll għar-rappreżentanti kollha tal-Istati Membri, l-osservaturi, l-esperti u l-parteċipanti l-oħra kollha li jattendu l-laqgħat tal-Bord skont l-Artikolu 36.
Artikolu 46 6.
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi mezzi standardizzati u siguri għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament.
Artikolu 46 7.
Kwalunkwe obbligu dwar il-qsim tal-informazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandux japplika għad-data li tikkonċerna l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew id-difiża tal-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.