+Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/1972, b’mod partikolari d-definizzjonijiet ta’ “network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi”, “network b’kapaċità għolja ħafna”, “network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi”, “punt tat-terminazzjoni tan-network”, “faċilitajiet assoċjati”, “utent finali”, “sigurtà tan-networks u tas-servizzi”, “aċċess”, u “operatur”.

Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“operatur ta’ network” tfisser:

(a) 

operatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(b) 

impriża li tipprovdi infrastruttura fiżika maħsuba biex tipprovdi:

(i) 

servizz tal-produzzjoni, tat-trasport jew tad-distribuzzjoni ta’:

— 
gass;
— 
elettriku, inkluż it-tidwil pubbliku;
— 
tisħin;
— 
ilma, inkluż ir-rimi jew it-trattament tal-ilma mormi u tad-drenaġġ, u s-sistemi tad-drenaġġ;
(ii) 

servizzi tat-trasport, inkluż linji ferrovjarji, toroq, inkluż toroq urbani, mini, portijiet u ajruporti;

(2) 

“korp irregolat bil-liġi pubblika” tfisser korp li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a) 

huwa stabbilit bl-iskop speċifiku li jissodisfa l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b) 

ikollu personalità ġuridika;

(c) 

huwa ffinanzjat, għalkollox jew fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika jew huwa soġġett għal superviżjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew ikollu bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika;

(3) 

“korp tas-settur pubbliku” tfisser awtorità tal-Istat, reġjonali jew lokali, korp irregolat bil-liġi pubblika jew assoċjazzjoni maħluqa minn awtorità waħda jew aktar bħal dawn, jew minn korp wieħed jew aktar bħal dawn irregolati bil-liġi pubblika;

(4) 

“infrastruttura fiżika” tfisser:

(a) 

kwalunkwe element ta’ network li hu maħsub biex jilqa’ elementi oħra tan-network bla ma jsir element attiv tan-network innifsu, bħal pajpijiet, arbli, tubi, kaxxetti tal-ispezzjoni, tappieri, kaxxi tat-triq, installazzjonijiet tal-antenni, torrijiet u arbli, kif ukoll il-bini inkluż is-soqfa tagħhom jew partijiet mill-faċċati tagħhom jew id-daħliet għall-bini, u kwalunkwe ass ieħor, inkluż għamara tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-triq, dwal tat-traffiku, billboards u strutturi għall-pedaġġ, kif ukoll waqfiet tal-karozzi tal-linja u tat-tramm u stazzjonijiet tal-metro u ferrovjarji;

(b) 

fejn ma jkunux parti minn network u jkunu proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollati minnhom: bini inkluż is-soqfa tagħhom u partijiet mill-faċċati tagħhom jew id-daħliet għall-bini, u kwalunkwe ass ieħor, inkluż għamara tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-triq, dwal tat-traffiku, billboards u strutturi għall-pedaġġ, kif ukoll waqfiet tal-karozzi tal-linja u tat-tramm u stazzjonijiet tal-metro u ferrovjarji.

Il-kejbils, inkluż il-fibra skura, kif ukoll l-elementi tan-networks użati għall-forniment tal-ilma għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) mhumiex infrastruttura fiżika skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;

(5) 

“xogħlijiet ċivili” tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet tal-bini jew tal-inġinerija ċivili meħuda kollha flimkien li minnu innifsu jkun biżżejjed biex titwettaq funzjoni ekonomika jew teknika u li jinvolvi element wieħed jew aktar ta’ infrastruttura fiżika;

(6) 

“infrastruttura fiżika fil-bini” tfisser infrastruttura fiżika jew installazzjonijiet fiżiċi fil-post tal-utent finali, inkluż elementi b’sjieda konġunta, maħsuba biex tilqa’ networks ta’ aċċess bil-wajer u/jew mingħajru, meta dawn in-networks ta’ aċċess ikunu jifilħu jagħtu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u jqabbdu l-punt ta’ aċċess tal-bini mal-punt ta’ terminazzjoni tan-network;

(7) 

“wajers tal-fibra fil-bini” tfisser kejbils tal-fibra ottika fil-post tal-utent finali, inkluż elementi bi sjieda konġunta, maħsuba biex iwasslu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u jgħaqqdu l-punt tal-aċċess tal-bini mal-punt tat-terminazzjoni tan-network;

(8) 

“infrastruttura fiżika fil-bini lesta għall-fibra” tfisser infrastruttura fiżika fil-bini maħsuba biex tilqa’ elementi tal-fibra ottika;

(9) 

“xogħlijiet kbar ta’ rinnovazzjoni” tfisser xogħlijiet ċivili fil-post tal-utent finali li jinkludu modifiki strutturali tal-infrastruttura fiżika fil-bini kollha kemm hi jew ta’ parti sinifikanti minnha u li jeħtieġu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, permess tal-bini;

(10) 

“permess” tfisser deċiżjoni espliċita jew impliċita jew sett ta’ deċiżjonijiet meħuda simultanjament jew suċċessivament minn awtorità kompetenti waħda jew aktar li huma meħtieġa skont il-liġi nazzjonali biex impriża twettaq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ċivili meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs;

(11) 

“punt ta’ aċċess” tfisser punt fiżiku, li jkun jinsab ġewwa jew barra l-bini, aċċessibbli għall-impriżi li jipprovdu jew li huma awtorizzati biex jipprovdu networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li permezz tiegħu tkun tista’ ssir disponibbli l-konnessjoni mal-infrastruttura fiżika fil-bini lesta għall-fibra;

(12) 

“drittijiet ta’ aċċess” tfisser id-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu 43(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, mogħtija lil operatur biex jinstalla faċilitajiet fuq, minn fuq jew minn taħt proprjetà pubblika jew privata biex jimplimenta VHCNs u faċilitajiet assoċjati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.