+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 3.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-sidien ta’ bini kummerċjali privat, li ma jkunux jappartjenu jew ikkontrollati minn operatur tan-network għandhom jissodisfaw, fuq it-talba bil-miktub ta’ operatur, talbiet raġonevoli għall-aċċess għal dak il-bini, inkluż il-bjut tagħhom, bil-ħsieb li jinstallaw elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, u bi prezz li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq. Qabel talba bħal din minn dawk li jkunu qed ifittxu aċċess għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-bini jkun jinsab f’żona rurali jew remota kif definit mill-Istati Membri;

(b) 

ma jkun hemm disponibbli l-ebda VHCN tal-istess tip – fiss jew mobbli – bħal dak li dawk li jkunu qed ifittxu aċċess ikun biħsiebhom jimplimentaw fiż-żona li għaliha ssir it-talba għall-aċċess, u ma jkun hemm l-ebda pjan biex jiġi implimentat tali network skont l-informazzjoni miġbura mill-punt uniku ta’ informazzjoni disponibbli fid-data tat-talba,

(c) 

ma jkun hemm l-ebda infrastruttura fiżika fiż-żona li għaliha ntalab l-aċċess, li hija proprjetà ta’ operaturi ta’ networks jew korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollata minnhom u li hija teknikament adatta biex tilqa’ elementi ta’ VHCNs.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw lista ta’ kategoriji ta’ bini kummerċjali li jistgħu jkunu eżentati mill-obbligu li jissodisfaw tali talba għal aċċess, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sikurezza u saħħa. Dik il-lista u l-kriterji li għandhom jiġu applikati biex dawk il-kategoriji jiġu identifikati għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.