|
+Artikolu 3 6. |
Artikolu 3 6.L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal infrastruttura fiżika speċifika meta jkun hemm mezzi alternattivi vijabbli ta’ aċċess attiv bl-ingrossa miftuħ u nondiskriminatorju għal VHCNs, li huma pprovduti mill-istess operatur ta’ network jew mill-istess korp pubbliku, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
tali mezzi alternattivi ta’ aċċess bl-ingrossa jiġu offruti b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezz;
(b)
il-proġett ta’ implimentazzjoni tal-operatur rikjedenti jindirizza l-istess żona ta’ kopertura u ma jkun hemm ebda network ieħor tal-fibra li jservi ż-żona ta’ kopertura li jikkonnettja l-bini tal-utent finali. Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal dawk l-Istati Membri fejn tali possibbiltà għal rifjut jew possibbiltà ekwivalenti għal rifjut tiġi applikata fil-11 ta’ Mejju 2024, f’konformità mal-liġi nazzjonali li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|