+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
|
Artikolu 6
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Biex ikun jista’ jsir in-negozjar ta’ ftehimiet dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili msemmija fl-Artikolu 5, kwalunkwe operatur ta’ networks u korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandu jagħmel disponibbli b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni l-informazzjoni minima li ġejja:
(a)
il-post ġeoreferenzjat u t-tip ta’ xogħlijiet;
(b)
l-elementi tal-infrastruttura fiżika involuta;
(c)
id-data stmata għall-bidu tax-xogħlijiet u d-durata tagħhom;
(d)
id-data stmata għas-sottomissjoni tal-proġett finali lill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-permessi, meta applikabbli;
L-operatur tan-network u l-korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għax-xogħlijiet ċivili ppjanati relatati mal-infrastruttura fiżika tagħhom, hija korretta, u aġġornata u disponibbli fil-pront, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni uniku, malli l-informazzjoni tkun disponibbli għall-operatur tan-network għax-xogħlijiet ċivili tiegħu previsti għas-sitt xhur ta’ wara u, fi kwalunkwe każ u fejn ikun previst permess, mhux aktar tard minn xahrejn qabel l-ewwel sottomissjoni tal-applikazzjoni għal permess lill-awtoritajiet kompetenti. L-operaturi għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw l-informazzjoni minima msemmija fl-ewwel subparagrafu f’format elettroniku, fuq talba ġustifikata, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, li jispeċifika ż-żona li fiha l-operatur rikjedenti jipprevedi li jimplimenta elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni, l-informazzjoni mitluba għandha ssir disponibbli b’termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti. F’każijiet ġustifikati kif xieraq, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża darba b’ħamest ijiem tax-xogħol. L-aċċess għall-informazzjoni minima jista’ jkun limitat jew irrifjutat biss meta meħtieġ biex jiġu żgurati s-sigurtà tan-networks u l-integrità tagħhom, is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-infrastruttura kritika, is-saħħa jew is-sikurezza pubblika, jew minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità jew sigrieti kummerċjali u operattivi.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati kif xieraq u proporzjonati, it-tipi ta’ xogħlijiet ċivili meqjusa bħala b’ambitu limitat, bħal fir-rigward tal-valur, id-daqs jew id-durata, jew relatati ma’ infrastruttura kritika nazzjonali, kif ukoll l-emerġenzi jew ir-raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali li jiġġustifikaw id-deroga mis-soġġezzjoni għall-obbligu tad-disponibbiltà tal-informazzjoni minima skont il-paragrafu 1. Il-ġustifikazzjoni, il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ eċċezzjonijiet għal tali tipi ta’ xogħlijiet ċivili għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks ma għandhomx japplikaw il-paragrafu 1 għat-tipi ta’ xogħlijiet ċivili relatati mal-infrastruttura kritika nazzjonali jew għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali identifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 għall-informazzjoni dwar tipi ta’ xogħlijiet ċivili b’ambitu limitat u lanqas għar-raġunijiet ta’ emerġenza identifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|