|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.Biex ikun jista’ jsir in-negozjar ta’ ftehimiet dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili msemmija fl-Artikolu 5, kwalunkwe operatur ta’ networks u korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandu jagħmel disponibbli b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni l-informazzjoni minima li ġejja:
(a)
il-post ġeoreferenzjat u t-tip ta’ xogħlijiet;
(b)
l-elementi tal-infrastruttura fiżika involuta;
(c)
id-data stmata għall-bidu tax-xogħlijiet u d-durata tagħhom;
(d)
id-data stmata għas-sottomissjoni tal-proġett finali lill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-permessi, meta applikabbli;
(e)
punt tal-kuntatt. L-operatur tan-network u l-korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għax-xogħlijiet ċivili ppjanati relatati mal-infrastruttura fiżika tagħhom, hija korretta, u aġġornata u disponibbli fil-pront, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni uniku, malli l-informazzjoni tkun disponibbli għall-operatur tan-network għax-xogħlijiet ċivili tiegħu previsti għas-sitt xhur ta’ wara u, fi kwalunkwe każ u fejn ikun previst permess, mhux aktar tard minn xahrejn qabel l-ewwel sottomissjoni tal-applikazzjoni għal permess lill-awtoritajiet kompetenti. L-operaturi għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw l-informazzjoni minima msemmija fl-ewwel subparagrafu f’format elettroniku, fuq talba ġustifikata, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, li jispeċifika ż-żona li fiha l-operatur rikjedenti jipprevedi li jimplimenta elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni, l-informazzjoni mitluba għandha ssir disponibbli b’termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti. F’każijiet ġustifikati kif xieraq, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża darba b’ħamest ijiem tax-xogħol. L-aċċess għall-informazzjoni minima jista’ jkun limitat jew irrifjutat biss meta meħtieġ biex jiġu żgurati s-sigurtà tan-networks u l-integrità tagħhom, is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-infrastruttura kritika, is-saħħa jew is-sikurezza pubblika, jew minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità jew sigrieti kummerċjali u operattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|