+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.

Artikolu 13

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li każ jiġi riferut quddiem qorti, kull parti għandha tkun intitolata li tirreferi tilwima li tista’ tinqala’ quddiem il-korp nazzjonali kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit skont l-Artikolu 14:

(a) 

meta l-aċċess għall-infrastruttura eżistenti jiġi rrifjutat jew ma jkunx intlaħaq qbil dwar it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-prezz, fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba għall-aċċess skont l-Artikolu 3;

(b) 

b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 u 6, inkluż meta l-informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal-iskadenzi applikabbli;

(c) 

meta ma jkunx intlaħaq qbil dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili skont l-Artikolu 5(2) fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba formali għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili; jew

(d) 

meta ma jkunx intlaħaq qbil dwar l-aċċess għall-infrastruttura fiżika fil-bini msemmi fl-Artikolu 11(2) jew (3) fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba formali tal-aċċess.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fil-każ tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (d), meta l-entità li mingħandha l-operatur talab aċċess tkun fl-istess ħin l-entità intitolata li tagħti d-dritt ta’ aċċess lill-proprjetà li fuqha, li fiha jew taħtha jinsab is-suġġett tat-talba għall-aċċess, il-korp nazzjonali kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jista’ wkoll isolvi t-tilwima rigward id-dritt ta’ passaġġ.

Artikolu 13 2.

Filwaqt li jqis bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipji stabbiliti fil-gwida rilevanti tal-Kummissjoni jew il-linji gwida tal-BEREC, il-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu joħroġ deċiżjoni vinkolanti biex isolvi t-tilwima:

(a) 

fi żmien erba’ xhur mid-data tal-wasla tat-talba tas-soluzzjoni tat-tilwim, fir-rigward tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a).

(b) 

fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba tas-soluzzjoni tat-tilwim, fir-rigward tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d).

Dawk l-iskadenzi jistgħu jiġu estiżi biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq.

Artikolu 13 3.
Fir-rigward tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a), (c) u (d), tad-deċiżjoni tal-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim tista’ tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezz, meta xieraq.
Artikolu 13 4.
Il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali. Il-punt ta’ informazzjoni uniku għandu jiżgura aċċess għad-deċiżjonijiet ippubblikati mill-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Meta t-tilwima tkun relatata mal-aċċess għall-infrastruttura ta’ operatur u l-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim ikun l-awtorità regolatorja nazzjonali, għandhom jitqiesu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, meta xieraq.

Artikolu 13 5.
Dan l-Artikolu jikkomplementa r-rimedji u l-proċeduri ġudizzjarji f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u huwa mingħajr preġudizzju għalihom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.