+Artikolu 1
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.

Artikolu 1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn li l-prodotti jridu jikkonformaw magħhom biex jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, bl-għan li tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti sabiex il-prodotti sostenibbli jsiru n-norma u biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju u ambjentali ġenerali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti sostenibbli fi ħdan is-suq intern.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll passaport diġitali tal-prodotti, jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti obbligatorji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku u joħloq qafas biex jevita li l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa jinqerdu.

Artikolu 1 2.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe oġġett fiżiku li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz, inklużi komponenti u prodotti intermedji. Madankollu, m’għandux japplika għal:

(a) 

ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b) 

għalf kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

(c) 

prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE;

(d) 

prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/6;

(e) 

pjanti ħajjin, annimali u mikroorganiżmi;

(f) 

prodotti ta’ oriġini umana;

(g) 

prodotti ta’ pjanti u annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

(h) 

vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, fir-rigward ta’ dawk l-aspetti ta’ prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti taħt atti leġiżlattivi tal-Unjoni speċifiċi għas-settur applikabbli għal dawk il-vetturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.