|
+Artikolu 5 11. |
Artikolu 5 11.Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)
ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;
(b)
ma għandu jkun hemm l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni;
(c)
ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi f’termini tal-affordabbiltà tal-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqies ukoll l-aċċess għall-prodotti secondhand, id-durabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;
(d)
ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi u atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi;
(e)
ma għandu jkun hemm l-ebda teknoloġija proprjetarja imposta fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur;
(f)
ma għandu jkun hemm l-ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, b’mod partikolari fuq il-mikrointrapriżi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|