+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
---+Artikolu 5 11.
---+Artikolu 5 12.
---+Artikolu 5 13.
---+Artikolu 5 14.

Artikolu 5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Sabiex jiġu indirizzati l-impatti ambjentali u abbażi tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom ikunu tali li jtejbu l-aspetti tal-prodott li ġejjin (“aspetti tal-prodott”) meta dawk l-aspetti tal-prodott ikunu rilevanti għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat:

(a) 

id-durabbiltà;

(b) 

l-affidabbiltà;

(c) 

il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid;

(d) 

il-possibbiltà ta’ titjib fil-kwalità;

(e) 

it-tiswija;

(f) 

il-possibbiltà ta’ manutenzjoni u ta’ rinnovazzjoni;

(g) 

il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib;

(h) 

l-użu tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika;

(i) 

l-użu tal-ilma u l-effiċjenza tal-ilma;

(j) 

l-użu tar-riżorsi u l-effiċjenza fir-riżorsi;

(k) 

il-kontenut irriċiklat;

(l) 

il-possibbiltà ta’ manifattura mill-ġdid;

(m) 

riċiklabbiltà;

(n) 

il-possibbiltà ta’ rkupru tal-materjali;

(o) 

l-impatti ambjentali, inkluża l-impronta tal-karbonju u l-impronta ambjentali;

(p) 

il-ġenerazzjoni mistennija ta’ skart.

Artikolu 5 2.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom, fejn rilevanti, jiżguraw abbażi tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I li l-prodotti ma jsirux obsoleti qabel iż-żmien, għal raġunijiet li jinkludu l-għażliet tad-disinn mill-manifatturi, l-użu ta’ komponenti li huma ferm anqas robusti minn komponenti oħra, iż-żarmar ostakolat tal-komponenti ewlenin, l-informazzjoni mhux disponibbli dwar it-tiswija jew l-ispare parts, meta s-software ma jibqax jaħdem ladarba tiġi aġġornata sistema operattiva jew meta ma jingħatawx aġġornamenti tas-software.
Artikolu 5 3.
Il-Kummissjoni għandha tagħżel jew tiżviluppa għodod jew metodoloġiji, skont kif meħtieġ, biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn.
Artikolu 5 4.
Rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi. Jistgħu jiġu differenzjati għal kwalunkwe prodott speċifiku li jappartjeni għal dak il-grupp speċifiku ta’ prodotti.
Artikolu 5 5.
Prodotti li l-iskop uniku tagħhom huwa li jservu għad-difiża jew għas-sigurtà nazzjonali għandhom jiġu esklużi mill-gruppi ta’ prodotti.
Artikolu 5 6.
Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn ukoll għal dawk il-gruppi ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodott li ma jkunux ġew inklużi fil-pjan ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 18.
Artikolu 5 7.
Meta żewġ gruppi ta’ prodotti jew aktar juru xebh tekniku wieħed jew aktar li jippermetti li aspett tal-prodott jittejjeb b’mod effettiv abbażi ta’ rekwiżiti tal-informazzjoni jew rekwiżiti tal-prestazzjoni komuni, jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn għal dawk il-gruppi ta’ prodotti (“rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn”). Meta tikkunsidra jekk tistabbilix rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-effetti pożittivi ta’ dawk ir-rekwiżiti lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod parikolari li tiġi koperta firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ prodotti fl-istess att delegat. Il-Kummissjoni tista’ tissupplimenta r-rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn permezz tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal grupp ta’ prodotti speċifiku.
Artikolu 5 8.
Rekwiżit tal-ekodisinn jista’ jkopri prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni inkluża fil-lista kontenuta fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 21(3), fil-każ li dik il-miżura talawtoregolamentazzjoni ma tindirizzax l-aspetti tal-prodott koperti minn dak ir-rekwiżit tal-ekodisinn.
Artikolu 5 9.

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jinkludu, u skont kif xieraq itejbi, l-aspetti speċifiċi tal-prodotti, wieħed jew it-tnejn li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 6;

(b) 

ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 7;

Artikolu 5 10.

Meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni u għandha:

(a) 

tieħu kont ta’:

(i) 

il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-klima, l-ambjent, l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-sigurtà, inkluża l-ekonomija ċirkolari mhux tossika, u prijoritajiet u miri relatati oħra tal-Unjoni;

(ii) 

il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inkluż sa liema punt tindirizza l-aspetti rilevanti tal-prodott;

(iii) 

il-ftehimiet internazzjonali rilevanti;

(iv) 

il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni;

(v) 

il-liġi ambjentali nazzjonali rilevanti;

(vi) 

l-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti;

(b) 

twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, u fejn xieraq fuq studji u riżultati tar-riċerka addizzjonali prodotti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn rigward ċerti aspetti tal-prodotti ma għandux jiġi mdewwem bla bżonn minn inċertezzi rigward il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu aspetti oħra tal-prodott ta’ dak il-prodott. Fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha:

(i) 

tindika l-metodoloġija użata;

(ii) 

tiżgura li l-aspetti tal-prodott kollha jiġu analizzati u li l-profondità tal-analiżi tal-aspetti tal-prodott tkun proporzjonata għas-sinifikat tagħhom għall-prodott ikkonċernat;

(iii) 

tiżgura li jiġu analizzati l-interdipendenzi bejn l-aspetti differenti tal-prodott;

(iv) 

tistabbilixxi l-bidliet mistennija f’termini ta’ impatti ambjentali, inkluż ikkwantifikati bħala impronta tal-karbonju u ambjentali kull meta jkun possibbli;

(v) 

tanalizza d-disponibbiltà tal-materja prima għas-settur tar-rinnovazzjoni, fejn xieraq;

(vi) 

tanalizza kwalunkwe impatt rilevanti fuq is-saħħa tal-bniedem;

(vii) 

tikkunsidra l-livell minimu ta’ prestazzjoni ta’ prodott jew ta’ grupp ta’ prodotti, meħtieġa sabiex fil-futur jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni kif elenkati fil-punt (a)(i);

(c) 

tqis l-informazzjoni teknika rilevanti użata bħala bażi għal-liġi tal-Unjoni jew għal strumenti tal-Unjoni jew derivata minnhom, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku;

(d) 

tqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;

(e) 

tqis il-fehmiet espressi mill-Forum dwar l-Ekodisinn imsemmi fl-Artikolu 19 u l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 20.

Artikolu 5 11.

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) 

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;

(b) 

ma għandu jkun hemm l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni;

(c) 

ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi f’termini tal-affordabbiltà tal-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqies ukoll l-aċċess għall-prodotti secondhand, id-durabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;

(d) 

ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi u atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi;

(e) 

ma għandu jkun hemm l-ebda teknoloġija proprjetarja imposta fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur;

(f) 

ma għandu jkun hemm l-ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, b’mod partikolari fuq il-mikrointrapriżi.

Artikolu 5 12.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom ikunu verifikabbli. Il-Kummissjoni għandha tidentifika mezzi xierqa ta’ verifika għal rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn, inkluż kontroll dirett tal-prodott jew fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika.
Artikolu 5 13.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika studji u analiżijiet rilevanti, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt imsemmija fil-paragrafu 10, il-punt (b), użati fl-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Artikolu 5 14.

Għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fejn rilevanti, liema sustanzi jaqgħu taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 2(27), il-punt (d), b’kont meħud mill-anqas, ta’ jekk:

(a) 

abbażi tat-teknoloġiji standard, is-sustanzi jagħmlux il-proċess tal-użu mill-ġdid, jew tar-riċiklaġġ aktar ikkumplikat, għali, b’impatt ambjentali, jew b’użu qawwi tal-enerġija jew tar-riżorsi,

(b) 

is-sustanzi jfixklux il-proprjetajiet jew il-funzjonalitajiet tekniċi, l-utilità jew il-valur tal-materjal riċiklat li ġej mill-prodott jew tal-prodotti manifatturati minn dan il-materjal riċiklat,

(c) 

is-sustanzi jkollhomx impatt negattiv fuq il-karatteristiċi estetiċi jew olfattivi tal-materjal riċiklat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.