|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom, kif xieraq għall-gruppi ta’ prodotti koperti, jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
id-data li trid tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti skont l-Anness III;
(b)
il-mezzi ta’ data, wieħed jew aktar, li jridu jintużaw;
(c)
il-format li bih il-mezz ta’ data jrid jiġi ppreżentat u l-pożizzjonament tiegħu;
(d)
jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jridx jiġi stabbilit fil-livell tal-mudell, tal-lott jew tal-oġġett, u d-definizzjoni ta’ tali livelli;
(e)
il-mod li bih il-passaport diġitali tal-prodotti jrid isir aċċessibbli għall-klijenti qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod;
(f)
l-atturi li jeħtieġ li jkollhom aċċess għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti u għal liema data jeħtieġ li jkollhom aċċess;
(g)
l-atturi li jeħtieġ li joħolqu passaport diġitali tal-prodotti jew jaġġornaw id-data f’passaport diġitali tal-prodotti, u liema data jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw;
(h)
l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni jew l-aġġornament tad-data;
(i)
il-perjodu li matulu jeħtieġ jibqa’ disponibbli l-passaport diġitali tal-prodotti, li għandu jikkorrispondi għal mill-anqas il-ħajja mistennija ta’ prodott speċifiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|