+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jipprovdu li l-prodotti jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk ikun disponibbli passaport diġitali tal-prodotti f’konformità mal-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 u l-Artikoli 10 u 11. Id-data fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun preċiża, kompluta u aġġornata.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom, kif xieraq għall-gruppi ta’ prodotti koperti, jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
id-data li trid tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti skont l-Anness III;
(b)
il-mezzi ta’ data, wieħed jew aktar, li jridu jintużaw;
(c)
il-format li bih il-mezz ta’ data jrid jiġi ppreżentat u l-pożizzjonament tiegħu;
(d)
jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jridx jiġi stabbilit fil-livell tal-mudell, tal-lott jew tal-oġġett, u d-definizzjoni ta’ tali livelli;
(e)
il-mod li bih il-passaport diġitali tal-prodotti jrid isir aċċessibbli għall-klijenti qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod;
(f)
l-atturi li jeħtieġ li jkollhom aċċess għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti u għal liema data jeħtieġ li jkollhom aċċess;
(g)
l-atturi li jeħtieġ li joħolqu passaport diġitali tal-prodotti jew jaġġornaw id-data f’passaport diġitali tal-prodotti, u liema data jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw;
(h)
l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni jew l-aġġornament tad-data;
(i)
il-perjodu li matulu jeħtieġ jibqa’ disponibbli l-passaport diġitali tal-prodotti, li għandu jikkorrispondi għal mill-anqas il-ħajja mistennija ta’ prodott speċifiku.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom:
(a)
jiżguraw li l-atturi tul il-katina tal-valur jistgħu jaċċessaw u jifhmu faċilment l-informazzjoni dwar il-prodott li tkun rilevanti għalihom;
(b)
jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; u
(c)
itejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti tul il-katina tal-valur.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’ teżenta gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżit li jkollhom passaport diġitali tal-prodotti meta:
(a)
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-passaport diġitali tal-prodotti mhumiex disponibbli fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali inklużi fl-Artikoli 10 u 11; jew
(b)
liġi tal-Unjoni oħra tinkludi sistema għall-forniment diġitali ta’ informazzjoni relatata ma’ grupp ta’ prodotti li għalih il-Kummissjoni tqis li tilħaq l-objettivi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|