+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.

Artikolu 13

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Sad-19 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru diġitali (“ir-reġistru”) li jaħżen b’mod sigur tal-anqas l-identifikaturi uniċi.

Fil-każ ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, ir-reġistru għandu jaħżen il-kodiċi tal-komodità.

Ir-reġistru għandu jaħżen l-identifikaturi uniċi tal-batteriji kif msemmija fl-Artikolu 77(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi r-reġistru u għandha tiżgura li d-data maħżuna fir-reġistru tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluż ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 13 2.

Il-Kummissjoni għandha, fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, tispeċifika kwalunkwe data oħra li, apparti li tkun inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti, għandha tinħażen fir-reġistru, filwaqt li jitqiesu tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-ħtieġa li tkun tista’ ssir il-verifika tal-awtentiċità tal-passaport diġitali tal-prodotti;

(b) 

ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u tal-effettività tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq u tal-kontrolli doganali;

(c) 

il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali.

Artikolu 13 3.
Fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha li tistabbilixxi u tiġġestixxi r-reġistru u l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali li tista’ tirriżulta minn dik l-attività, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 13 4.
L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew fis-servizz għandu jtella’, fir-reġistru, id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 13 5.
Malli d-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2, tiġi mtella mill-operatur ekonomiku fir-reġistru, ir-reġistru għandu jikkomunika awtomatikament lil dak l-operatur ekonomiku identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni assoċjat mal-identifikaturi uniċi mtellgħin fir-reġistru għal prodott speċifiku skont il-paragrafu 4. Dik il-komunikazzjoni mir-reġistru ma għandhiex titqies bħala prova ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għar-reġistru, inkluż għall-komunikazzjoni tal-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).

Artikolu 13 6.
Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom aċċess għar-reġistru għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.