+Artikolu 15
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Kwalunkwe persuna li jkollha l-ħsieb li tqiegħed prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” għandha tipprovdi lill-awtoritajiet doganali jew tagħmel disponibbli għalihom l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni ta’ dak il-prodott imsemmi fl-Artikolu 13(5). L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika mill-mument li r-reġistru jkun qed jopera.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrilaxxaw prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera biss wara li jkunu vverifikaw bħala minimu li l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(5) u l-kodiċi tal-komodità pprovdut jew magħmul disponibbli għalihom jikkorrispondu mad-data maħżuna fir-reġistru. Il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha ssir b’mod elettroniku u awtomatiku permezz tal-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 3. Għandha tapplika mill-mument li l-interkonnessjoni tkun qed topera. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Ir-reġistru għandu jigi interkonness mill-Kummissjoni mas-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali tal-UE għall-Iskambju taċ-Ċertifikati (CSW-CERTEX tal-UE), biex b’hekk jiġi permess l-iskambju awtomatizzat ta’ informazzjoni mas-sistemi doganali nazzjonali permezz tal-Ambjent tat-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399. Dik l-interkonnessjoni għandha tkun operattiva fi żmien erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(5).
|
|
Artikolu 15 4.
|
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali jistgħu jirkupraw u jużaw d-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti u fir-reġistru għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-ġestjoni tar-riskju, il-kontrolli doganali u r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 u kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|