+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-operaturi ekonomiċi jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni miżura ta’ awtoregolamentazzjoni li tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jew li ma jkunux inklużi fil-pjan ta’ ħidma. Dawk l-operaturi għandhom jipprovdu evidenza li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati.
Artikolu 21 2.

Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

lista tal-operaturi ekonomiċi li huma firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodotti koperti mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni;

(c) 

pjan ta’ monitoraġġ dettaljat, trasparenti u oġġettiv, b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti, inkluż il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI, il-punt 6;

(d) 

regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-firmatarji u dwar l-ittestjar u l-ispezzjonijiet;

(e) 

regoli dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju li jinkludu dispożizzjonijiet fejn, jekk il-firmatarju ma jkunx ħa azzjoni korrettiva biżżejjed fi żmien tliet xhur, jiġi mneħħi mill-firmatarji ta’ dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni; u

(f) 

nota li tispjega kif il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 ittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4; dik in-nota għandha tiġi appoġġata mill-evidenza, li tkun tikkonsisti minn analiżi teknika, ambjentali u ekonomika strutturata, li tiġġustifika l-objettivi u r-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, u li tivvaluta l-impatti ta’ dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn.

Il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu aġġornata u disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku u liberament.

Il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe bidla li jikkonċernawhom

Artikolu 21 3.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata, u, fejn meħtieġ, għandha tfittex parir xjentifiku mill-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni. Fil-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-kriterji li ġejjin ikunux issodisfati:

(a) 

il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi ppreżentata tal-anqas minn żewġ operaturi ekonomiċi;

(b) 

is-sehem mis-suq f’termini ta’ volum tal-firmatarji għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni fir-rigward tal-prodotti koperti minn dik il-miżura hu mill-anqas 80 % tal-unitajiet imqiegħda fis-suq jew fis-servizz;

(c) 

il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u għall-iżgurar tal-moviment liberu fis-suq intern aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 u tikkonsisti f’rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI;

(e) 

il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni li jissodisfaw il-kriterji ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 73(2).

Artikolu 21 4.
Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-firmatarji ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, biex jissottomettu, f’perjodu ta’ żmien xieraq, verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew tas-suq rilevanti fir-rigward tal-grupp ta’ prodotti kkonċernat. Fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni biex temmen li l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għadhomx issodisfati, il-firmatarji għandhom jissottomettu verżjoni riveduta u aġġornata ta’ dik il-miżura fi żmien tliet xhur mit-talba magħmula mill-Kummissjoni.
Artikolu 21 5.
Ladarba miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun ġiet elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, il-firmatarji ta’ dik il-miżura għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, f’intervalli regolari stabbiliti f’dak l-att ta’ implimentazzjoni, dwar il-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni u biex jintwera li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 jibqgħu ssodisfati.

L-ispettur indipendenti imsemmi fl-Anness VI, il-punt 6 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju.

Ir-rapporti ta’ progress, inklużi r-rapporti ta’ konformità li jkun għamel l-ispettur indipendenti, u n-notifiki dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjoni korrettiva korrispondenti għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-firmatarji fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 21 6.
Meta l-Kummissjoni tqis li miżura ta’ awtoregolamentazzjoni elenkata f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu ma għadhiex tissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fejn il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni kkonċernata ma rrispettawx l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, din għandha tħassar dik il-miżura mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 73(2).

Meta miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tħassret mil-lista msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodott kopert minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.