|
+Artikolu 21 3. |
Artikolu 21 3.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata, u, fejn meħtieġ, għandha tfittex parir xjentifiku mill-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni. Fil-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-kriterji li ġejjin ikunux issodisfati:
(a)
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi ppreżentata tal-anqas minn żewġ operaturi ekonomiċi;
(b)
is-sehem mis-suq f’termini ta’ volum tal-firmatarji għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni fir-rigward tal-prodotti koperti minn dik il-miżura hu mill-anqas 80 % tal-unitajiet imqiegħda fis-suq jew fis-servizz;
(c)
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u għall-iżgurar tal-moviment liberu fis-suq intern aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 u tikkonsisti f’rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament;
(d)
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI;
(e)
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni li jissodisfaw il-kriterji ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 73(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|