+Artikolu 25
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
|
Artikolu 25
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Mid-19 ta’ Lulju 2026, il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa kif elenkat fl-Anness VII għandha tkun ipprojbita. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal intrapriżi mikro u żgħar. Dan il-paragrafu għandu japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju mid-19 ta’ Lulju 2030.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-operaturi ekonomiċi li mhumiex soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jeqirdu l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa fornuti lilhom bl-iskop ta’ ċirkumvenzjoni ta’ dik il-projbizzjoni.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 sabiex temenda l-Anness VII:
(a)
biex jinżdiedu prodotti ġodda, sabiex jitqiesu l-impatti ambjentali tal-qerda tagħhom;
(b)
biex jiġu aġġornati l-entrati fi ħdan gruppi ta’ prodotti, sabiex jiġu allinjati ma’ modifiki fil-kodiċijiet tal-komodità jew deskrizzjonijiet rispettivi tagħhom li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, meta meħtieġ.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Meta tħejji att delegat biex jiġi adottat skont il-paragrafu 3, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha:
(a)
tivvaluta l-prevalenza u l-impatti ambjentali tal-qerda ta’ ċerti prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa;
(b)
tqis l-informazzjoni divulgata mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 24(1);
(c)
twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżijiet disponibbli, u fuq studji addizzjonali kif meħtieġ.
Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-data ta’ applikazzjoni tiegħu, u fejn xieraq, kwalunkwe miżura bi stadji jew miżuri jew perjodi tranżizzjonali.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu derogi mill-projbizzjonijiet tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa elenkati fl-Anness VII fejn ikun xieraq fid-dawl ta’ kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
raġunijiet ta’ saħħa, iġjene u sikurezza;
(b)
ħsara kkawżata lill-prodotti b’riżultat tal-immaniġġar tagħhom, jew identifikata wara li prodotti jkunu ġew irritornati, li ma tkunx tista’ tissewwa b’mod kosteffettiv;
(c)
in-nuqqas ta’ idoneità tal-prodotti għall-iskop li għalih ikunu maħsuba, filwaqt li jitqiesu, meta applikabbli, l-istandards tekniċi u l-liġi tal-Unjoni u nazzjonali;
(d)
in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ prodotti offruti għal donazzjoni;
(e)
prodotti ma jkunux adatti għal tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid;
(f)
prodotti li ma jistgħux jinbiegħu minħabba ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi prodotti ffalsifikati;
(g)
il-qerda tkun l-għażla bl-impatti ambjentali l-anqas negattivi.
Dawk l-atti delegati jistgħu ukoll, fejn rilevanti, jipprevedu li l-projbizzjoni tal-qerda tal-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-obbligu ta’ divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 24 japplikaw għall-intrapriżi mikro u żgħar fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li tali intrapriżi jistgħu jintużaw għaċ-ċirkumvenzjoni ta’ dik il-projbizzjoni jew dak l-obbligu. L-ewwel att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|