|
+Artikolu 25 5. |
Artikolu 25 5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu derogi mill-projbizzjonijiet tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa elenkati fl-Anness VII fejn ikun xieraq fid-dawl ta’ kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
raġunijiet ta’ saħħa, iġjene u sikurezza;
(b)
ħsara kkawżata lill-prodotti b’riżultat tal-immaniġġar tagħhom, jew identifikata wara li prodotti jkunu ġew irritornati, li ma tkunx tista’ tissewwa b’mod kosteffettiv;
(c)
in-nuqqas ta’ idoneità tal-prodotti għall-iskop li għalih ikunu maħsuba, filwaqt li jitqiesu, meta applikabbli, l-istandards tekniċi u l-liġi tal-Unjoni u nazzjonali;
(d)
in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ prodotti offruti għal donazzjoni;
(e)
prodotti ma jkunux adatti għal tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid;
(f)
prodotti li ma jistgħux jinbiegħu minħabba ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi prodotti ffalsifikati;
(g)
il-qerda tkun l-għażla bl-impatti ambjentali l-anqas negattivi. Dawk l-atti delegati jistgħu ukoll, fejn rilevanti, jipprevedu li l-projbizzjoni tal-qerda tal-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-obbligu ta’ divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 24 japplikaw għall-intrapriżi mikro u żgħar fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li tali intrapriżi jistgħu jintużaw għaċ-ċirkumvenzjoni ta’ dik il-projbizzjoni jew dak l-obbligu. L-ewwel att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|