|
+Artikolu 27 7. |
Artikolu 27 7.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet f’format diġitali dwar il-prodott (“istruzzjonijiet diġitali”) b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. L-istruzzjonijiet diġitali għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat f’dak l-atti delegat. Madankollu, manifatturi għandhom jipprovdu f’format stampat konċiż, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-istruzzjonijiet rilevanti għas-saħħa u s-sikurezza tal-klijenti u ta’ atturi rilevanti oħra. Meta jipprovdi l-istruzzjonijiet diġitali, il-manifattur għandu jinkludihom fil-passaport diġitali tal-prodotti u jagħmilhom aċċessibbli permezz tal-mezz ta’ data korrispondenti, jew, meta l-passaport diġitali tal-prodotti ma jkunx applikabbli, jindika fuq il-prodott, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument ta’ akkumpanjament, kif jiġu aċċessati l-istruzzjonijiet diġitali. Il-manifattur għandu jippreżenta l-istruzzjonijiet diġitali f’format li jagħmilha possibbli li jitniżżlu u jiġu ssejvjati fuq tagħmir elettroniku sabiex l-utent ikun jista’ jaċċessahom f’kull ħin u għandu jagħmilhom aċċessibbli online matul il-ħajja mistennija tal-prodott, iżda fi kwalunkw każ għal mill-inqas 10 snin wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott. Meta l-klijent jitlob dan fil-waqt tax-xiri, jew sa 6 xhur minn meta xtara, il-manifattur għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet diġital f’format stampat, mingħajr ħlas, fi żmien xahar mill-wasla tat-talba. L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw li ċerta informazzjoni li tagħmel parti mill-istruzzjonijiet diġitali trid wkoll tiġi provduta f’format stampat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|