+Artikolu 27
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
---+Artikolu 27 9.
---+Artikolu 27 10.

Artikolu 27

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

Meta jqiegħdu prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq jew fis-servizz, il-manifatturi għandhom jiżguraw li:

(a) 

dawk il-prodotti jkunu ġew iddisinjati u manifatturati f’konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;

(b) 

dawk il-prodotti jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u

(c) 

passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4).

Artikolu 27 2.
Qabel ma jqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq jew fis-servizz, il-manifatturi għandhom iwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità speċifikata f’dak l-att delegat, jew jaraw li din titwettaq f’isimhom, u jfasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa.

Meta l-konformità ta’ prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz ta’ dik il-proċedura, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 44 u jwaħħlu l-markatura CE f’konformità mal-Artikolu 46. Madankollu, meta l-Kummissjoni tkun speċifikat regoli alternattivi skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità f’konformità ma’ dawk ir-regoli.

Artikolu 27 3.
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew fis-servizz, dment li ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat.
Artikolu 27 4.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jiżguraw li l-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma parti minn produzzjoni tas-serje biex din tibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Il-bidliet fil-proċess tal-produzzjoni, fid-disinn tal-prodott jew fil-karatteristiċi, kif ukoll il-bidliet fl-istandards armonizzati, fl-ispeċifikazzjonijiet komuni jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità tal-prodott jew li permezz l-applikazzjoni tagħhom tiġi vverifikata l-konformità tiegħu, għandhom jitqiesu b’mod adegwat mill-manifatturi u, fil-każ li jsibu li l-konformità tal-prodott tiġi affettwata minn tali bidliet, il-manifatturi għandhom iwettqu valutazzjoni mill-ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli kif imsemmi fil-paragrafu 2, jew jaraw li dik il-valutazzjoni mill-ġdid titwettaq f’isimhom.
Artikolu 27 5.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom, jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, li l-informazzjoni meħtieġa tiġi provduta fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Artikolu 27 6.

Għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u indirizz postali u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati:

(a) 

fuq il-parti pubblika tal-passaport diġitali tal-prodotti, meta applikabbli; u

(b) 

fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu, jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

Dak l-indirizz għandu jindika punt uniku fejn il-manifattur jista’ jiġi kkuntattjat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw.

Artikolu 27 7.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet f’format diġitali dwar il-prodott (“istruzzjonijiet diġitali”) b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. L-istruzzjonijiet diġitali għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat f’dak l-atti delegat.

Madankollu, manifatturi għandhom jipprovdu f’format stampat konċiż, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-istruzzjonijiet rilevanti għas-saħħa u s-sikurezza tal-klijenti u ta’ atturi rilevanti oħra.

Meta jipprovdi l-istruzzjonijiet diġitali, il-manifattur għandu jinkludihom fil-passaport diġitali tal-prodotti u jagħmilhom aċċessibbli permezz tal-mezz ta’ data korrispondenti, jew, meta l-passaport diġitali tal-prodotti ma jkunx applikabbli, jindika fuq il-prodott, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument ta’ akkumpanjament, kif jiġu aċċessati l-istruzzjonijiet diġitali.

Il-manifattur għandu jippreżenta l-istruzzjonijiet diġitali f’format li jagħmilha possibbli li jitniżżlu u jiġu ssejvjati fuq tagħmir elettroniku sabiex l-utent ikun jista’ jaċċessahom f’kull ħin u għandu jagħmilhom aċċessibbli online matul il-ħajja mistennija tal-prodott, iżda fi kwalunkw każ għal mill-inqas 10 snin wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott.

Meta l-klijent jitlob dan fil-waqt tax-xiri, jew sa 6 xhur minn meta xtara, il-manifattur għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet diġital f’format stampat, mingħajr ħlas, fi żmien xahar mill-wasla tat-talba.

L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw li ċerta informazzjoni li tagħmel parti mill-istruzzjonijiet diġitali trid wkoll tiġi provduta f’format stampat.

Artikolu 27 8.
Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-att delegat għandhom mingħajr dewmien żejjed jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jew biex b’mod immedjat jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq.

Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli jew qiegħduh fis-servizz dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

Artikolu 27 9.
Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu kanali ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħal numru tat-telefon, indirizz elettroniku jew taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà tal-persuni b’diżabbiltà, sabiex jippermettu lill-klijenti jippreżentaw ilmenti jew tħassib rigward in-nuqqas ta’ konformità potenzjali tal-prodotti.

Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru tal-ilmenti u tat-tħassib biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda għal mhux aktar minn ħames snin wara li jkunu ġew preżentati u għamlu r-reġistru disponibbli fuq it-talba ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 27 10.
Il-manifatturi għandhom, għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, wara talba raġunata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ dawk il-prodotti, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dawk id-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti għandhom jiġu pprovduti f’format stampat jew elettroniku, malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba minn dik l-awtorità.

Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti rigward kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.