|
+Artikolu 68 2. |
Artikolu 68 2.Abbażi tal-prijoritajiet identifikati mill-ADCO, il-Kummissjoni għandha:
(a)
torganizza proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni;
(b)
torganizza investiment konġunt fil-kapaċitajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż it-tagħmir u l-għodod tal-IT;
(c)
torganizza programmi ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi nnotifikati, inkluż programmi dwar l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u dwar il-metodi u t-tekniki rilevanti għall-applikazzjoni jew għall-verifika tal-konformità ma’ tali rekwiżiti;
(d)
tfassal linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq.
(e)
meta xieraq, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u mal-esperti. L-Unjoni għandha, meta xieraq, tiffinanzja l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|