+ANNESS II Proċedura għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni

ANNESS II Proċedura għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni




ANNESS II

Proċedura għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-prodotti jew orizzontali għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:

analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott jew tal-prodotti inkwistjoni fis-suq u tidentifika l-għażliet tekniċi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I,filwaqt li titqies il-vijabbiltà ekonomika tal-għażliet u jkunu evitati żieda sinifikanti f’impatti ambjentali oħra taċ-ċiklu tal-ħajja, u telf sinifikanti ta’ prestazzjoni jew siwi għall-konsumaturi.

L-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tidentifika wkoll, għall-parametru li qed jiġi kkunsidrat, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġiji disponibbli fis-suq, kif ukoll titjib fit-teknoloġija emerġenti.

Il-prestazzjoni tal-prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-liġijiet ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.

Abbażi tal-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu, u filwaqt li titqies il-fattibbiltà ekonomika u teknika, inkluż id-disponibbiltà ta’ riżorsi u teknoloġiji ewlenin, u l-potenzjal ta’ titjib, għandhom jiġu definiti livelli jew rekwiżiti mhux kwantitattivi.

Kull limitu ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f) għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa tas-sostenibbiltà tas-sustanzi u l-alternattivi identifikati tagħhom, u ma għandux ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Kull rekwiżit tal-prestazzjoni rigward sustanzi kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f), għandu jqis il-valutazzjonijiet eżistenti tas-sikurezza kimika mwettqa mill-korpi rilevanti tal-Unjoni għas-sustanzi kkonċernati, kif ukoll sikuri u sostenibbli permezz tal-kriterji tad-disinn għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali żviluppati mill-Kummissjoni. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni proposti għandhom jikkunsidraw ukoll aspetti ta’ infurzabbiltà, bħal limiti ta’ detezzjoni analitika.

Meta rilevanti, l-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tqis l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima fuq il-prodott matul il-ħajja prospettiva tiegħu, u l-potenzjal tal-prodott li jtejjeb ir-reżiljenza għall-klima tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

Għandha issir analiżi tas-sensittività li tkopri l-fatturi rilevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżorsi oħra, il-kost tal-materja prima u t-teknoloġiji meħtieġa, il-kostijiet tal-produzzjoni, ir-rati ta’ skont, u, meta xieraq, il-kostijiet ambjentali esterni, inkluż l-emissjonijiet evitati tal-gassijiet serra.

Għall-iżvilupp tal-analiżijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha titqies l-informazzjoni rilevanti disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħrajn tal-Unjoni, inklużi fost l-oħrajn pjanijiet direzzjonali settorjali eżistenti kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2021/1119, u għandha tinkludi informazzjoni teknika użata bħala bażi għar-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, jew derivata minnhom.

Dan għandu japplika wkoll għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħrajn tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-prodotti nnegozjati mas-sħab ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.