+ANNESS III Passaport diġitali tal-prodotti

ANNESS III Passaport diġitali tal-prodotti




ANNESS III

Passaport diġitali tal-prodotti

(imsemmi fl-Artikoli 9 sa 12)

Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw liema data għandha jew tista’ tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti minn fost l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7(2), il-punt (b), u l-Artikolu 7(5) jew minn liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-grupp ta’ prodotti rilevanti;

(b) 

l-identifikatur uniku tal-prodott fil-livell indikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;

(c) 

in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kummerċ Globali kif previst fl-istandard ISO/IEC 15459-6 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni/il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali jew ekwivalenti ta’ prodotti jew il-partijiet tagħhom;

(d) 

il-kodiċijiet rilevanti tal-komoditajiet, bħall-kodiċi TARIC kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

(e) 

id-dokumentazzjoni tal-konformità u l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament jew liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott, bħad-dikjarazzjoni ta’ konformità, id-dokumentazzjoni teknika jew iċ-ċertifikati tal-konformità;

(f) 

il-manwali tal-utent, l-istruzzjonijiet, it-twissijiet jew l-informazzjoni dwar is-sikurezza, kif meħtieġ minn liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott;

(g) 

l-informazzjoni relatata mal-manifattur, bħall-identifikatur uniku tal-operatur tiegħu u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(7);

(h) 

l-identifikaturi uniċi tal-operatur minbarra dawk tal-manifattur;

(i) 

l-identifikaturi uniċi tal-faċilità;

(j) 

l-informazzjoni relatata mal-importatur, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(3) u n-numru tar-Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tiegħu;

(k) 

l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u l-identifikatur tal-operatur uniku tal-operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020, jew fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2023/988, jew kompiti simili skont liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott.

(l) 

ir-referenza tal-fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti li jospita l-kopja ta’ riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti.

Il-mezz tad-data, l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmi fil-punt (b), l-identifikaturi uniċi tal-operaturi msemmija fil-punti (g), (h) u (k), u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità msemmija fil-punt (i) għandhom, meta rilevanti għall-prodotti kkonċernati, jikkonformaw mal-istandards ISO/IEC 15459-1:2014, ISO/IEC 15459-2:2015, ISO/IEC 15459-3:2014, ISO/IEC 15459-4:2014, ISO/IEC 15459-5:2014 and ISO/IEC 15459-6:2014.

L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jidentifikaw l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn li l-manifatturi jistgħu jinkludu fil-passaport diġitali tal-prodotti flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(2), il-punt (a), inkluż informazzjoni dwar tikketti volontarji speċifiċi applikabbli għall-prodott. Dan għandu jinkludi jekk tkunx ingħatat Ekotikketta tal-UE lill-prodott f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.