+Artikolu 7 Ilmenti
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
|
Artikolu 7 Ilmenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tissottometti lment bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament minn operatur, impriża, operatur tal-minjieri jew importatur.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. L-ilment għandu jiġi ssostanzjat kif xieraq u jkun fih biżżejjed evidenza tal-allegat ksur.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza sabiex jiġġustifika investigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ilmentatur, fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn xahrejn minn meta jirċievu l-ilment, bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom li ma jiftħux investigazzjoni.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta jitressqu ripetutament ilmenti li ma jkunux sostanzjati biżżejjed u għal dik ir-raġuni jitqiesu abbużivi mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u għar-regoli applikabbli skont il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-ilmentatur informat dwar il-passi meħuda fil-proċedura u, fejn applikabbli, jinfurmaw lill-ilmentatur dwar forom alternattivi xierqa ta’ rimedju, bħal rikors għall-qrati nazzjonali jew kwalunkwe proċedura oħra ta’ lmenti nazzjonali jew internazzjonali.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli u abbażi ta’ proċeduri komparabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku perjodi indikattivi sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-ilmenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|