+Artikolu 9 Indipendenza u akkreditazzjoni jew awtorizzazzjoni tal-verifikaturi
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4

Artikolu 9 Indipendenza u akkreditazzjoni jew awtorizzazzjoni tal-verifikaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti mill-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi u għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dak l-għan, la l-verifikatur u lanqas kwalunkwe parti tal-istess entità ġuridika ma għandhom ikunu operatur, impriża, operatur tal-minjieri jew importatur, jew ikunu sidien ta’ operatur, impriża, operatur tal-minjieri jew importatur, jew ikunu proprjetà ta’ operatur, impriża, operatur tal-minjieri jew importatur.

Il-verifikaturi ma għandux ikollhom relazzjonijiet ma’ operaturi, impriżi, operaturi tal-minjieri jew importaturi li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.

Artikolu 9 2

2.   Il-verifikaturi li huma persuni legali għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Fejn ma hemm stipulata l-ebda dispożizzjoni speċifika li tikkonċerna l-akkreditament tal-verifikaturi f’dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 9 3

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jawtorizzaw persuni fiżiċi biex ikunu verifikaturi għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-verifikaturi għandhom jiġu awtorizzati minn awtorità nazzjonali li hija differenti mill-korp nazzjonali ta’ akkreditament maħtur skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 9 4

4.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-paragrafu 3, huwa għandu jiżgura li l-awtorità nazzjonali rilevanti tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika tal-kompetenza tal-verifikaturi awtorizzati skont dak il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.