4. Il-kejl u l-kwantifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom isiru f’konformità mal-istandards applikabbli jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi, l-operaturi tal-minjieri għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. L-operaturi tal-minjieri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi b’informazzjoni dwar l-istandards, inkluż l-istandards internazzjonali, jew il-metodoloġiji użati.
Fir-rigward tal-kejl dirett fil-livell tas-sors u l-kwantifikazzjoni kontinwi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, fejn parti mit-tagħmir tal-kejl ma tkunx qiegħda topera għal ċertu perjodu, il-qari meħud matul il-perjodi meta t-tagħmir kien qiegħed jopera jista’ jintuża sabiex tiġi stmata d-data fuq bażi pro rata għall-perjodu li fih it-tagħmir ma kienx qiegħed jopera.
It-tagħmir użat għall-kejl dirett fil-livell tas-sors u l-kwantifikazzjoni kontinwi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jaħdem għal aktar minn 90 % tal-perjodu li għalih jintuża għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-metan, eskluż il-ħin ta’ waqfien meħud għall-kalibrazzjoni mill-ġdid u t-tiswijiet.