+Artikolu 20 Monitoraġġ u rappurtar
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6
---+Artikolu 20 7
|
Artikolu 20 Monitoraġġ u rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1
|
1. Għall-minjieri tal-faħam taħt l-art, l-operaturi tal-minjieri għandhom jieħdu kontinwament kejl dirett fil-livell tas-sors u kwantifikazzjoni fuq ix-xaftijiet kollha tal-ventilazzjoni tal-egżost. L-operaturi tal-minjieri għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti l-emissjonijiet tal-metan għal kull xaft tal-ventilazzjoni fis-sena f’kilotunnellati ta’ metan, bl-użu ta’ tagħmir u metodoloġiji li jirriżultaw f’akkuratezza ta’ kejl b’tolleranza ta’ 0,5 kilotunnellata ta’ metan fis-sena jew ta’ 5 % tal-ammont irrapportat, skont liema valur ikun l-inqas.
|
|
Artikolu 20 2
|
2. L-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom jieħdu kontinwament kejl dirett fil-livell tas-sors u kwantifikazzjoni tar-rilaxxi totali ta’ metan ivventjat u vvampjat, irrispettivament mir-raġunijiet għal tali attività ta’ vventjar u vvampjar.
|
|
Artikolu 20 3
|
3. Għal minjieri tal-faħam tas-superfiċe, l-operaturi tal-minjieri għandhom jużaw fatturi ta’ emissjoni tal-metan tal-minjieri tal-faħam speċifiċi għad-depożitu sabiex jikkwantifikaw l-emissjonijiet tal-metan li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ estrazzjoni. L-operaturi tal-minjieri għandhom jistabbilixxu dawk il-fatturi ta’ emissjoni fuq bażi trimestrali, f’konformità ma’ istandards xjentifiċi xierqa u jqisu l-emissjonijiet tal-metan mill-istrati tal-madwar.
|
|
Artikolu 20 4
|
4. Il-kejl u l-kwantifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom isiru f’konformità mal-istandards applikabbli jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi, l-operaturi tal-minjieri għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. L-operaturi tal-minjieri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi b’informazzjoni dwar l-istandards, inkluż l-istandards internazzjonali, jew il-metodoloġiji użati.
Fir-rigward tal-kejl dirett fil-livell tas-sors u l-kwantifikazzjoni kontinwi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, fejn parti mit-tagħmir tal-kejl ma tkunx qiegħda topera għal ċertu perjodu, il-qari meħud matul il-perjodi meta t-tagħmir kien qiegħed jopera jista’ jintuża sabiex tiġi stmata d-data fuq bażi pro rata għall-perjodu li fih it-tagħmir ma kienx qiegħed jopera.
It-tagħmir użat għall-kejl dirett fil-livell tas-sors u l-kwantifikazzjoni kontinwi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jaħdem għal aktar minn 90 % tal-perjodu li għalih jintuża għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-metan, eskluż il-ħin ta’ waqfien meħud għall-kalibrazzjoni mill-ġdid u t-tiswijiet.
|
|
Artikolu 20 5
|
5. Fejn rilevanti, l-operaturi tal-minjieri għandhom jistmaw l-emissjonijiet tal-metan ta’ wara l-estrazzjoni tal-faħam bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni ta’ wara l-estrazzjoni tal-faħam, aġġornati kull sena, abbażi ta’ kampjuni tal-faħam speċifiċi għad-depożiti u f’konformità mal-istandards xjentifiċi xierqa.
|
|
Artikolu 20 6
|
6. Sal-5 ta’ Awwissu 2025 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem, l-operaturi tal-minjieri u l-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih data annwali dwar l-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Dak ir-rapport għandu jkopri l-aħħar perjodu tas-sena kalendarja disponibbli u jinkludi l-elementi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness VI għall-minjieri tal-faħam attivi taħt l-art, il-Parti 2 tal-Anness VI għall-minjieri tal-faħam attivi tas-superfiċe u l-Parti 3 tal-Anness VI għall-istazzjonijiet tad-drenaġġ.
Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tal-minjieri u l-operaturi tal-istazzjon tad-drenaġġ għandhom jiżguraw li r-rapporti msemmija f’dan il-paragrafu jiġu vvalutati minn verifikatur u jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 20 7
|
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu r-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4) fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni mill-operaturi tal-minjiera.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|