|
+Artikolu 22 2 |
Artikolu 22 22. L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet tal-ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn 5 tunnellati ta’ metan għal kull kilotunnellata ta’ faħam estratt mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2027, minbarra fil-każ ta’ emerġenza. L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet tal-ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn 3 tunnellati metan għal kull kilotunnellata ta’ faħam estratt mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2031, minbarra fil-każ ta’ emerġenza. Dawn il-limiti għandhom japplikaw kull sena, għal kull minjiera u għal kull operatur, jekk entità waħda topera diversi minjieri tal-faħam. Il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu ma għandhomx iwasslu għad-deterjorament tas-sigurtà tal-ħaddiema. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|