4. Fuq talba mill-parti responsabbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa u l-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Parti 1, il-punt 1.5, tal-Anness VIII meta l-parti responsabbli turi li dawk il-minjieri ġew mgħarrqa kompletament għal mill-inqas 10 snin qabel id-data tat-talba.
Dik it-talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport mill-parti responsabbli. Dak ir-rapport għandu juri l-istabbilizzazzjoni tal-kundizzjonijiet idroġeoloġiċi kif ukoll in-nuqqas ta’ ammonti materjali ta’ emissjonijiet tal-metan mill-minjiera tal-faħam rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-liġi nazzjonali.