7. L-operaturi tal-minjieri jew l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati. Fil-każ ta’ użi alternattivi ta’ minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati, id-detentur tal-permess imsemmi fl-Artikolu 26(3) għandu jkun responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.