|
+Artikolu 28 6 |
Artikolu 28 66. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-proċedura u r-rekwiżiti dwar l-evidenza li għandha tiġi pprovduta minn pajjiż terz għall-istabbiliment tal-ekwivalenza. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(3). Il-proċedura biex tiġi stabbilita l-ekwivalenza tista’ tinbeda fuq it-talba ta’ pajjiż terz jew mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha b’mod attiv mal-pajjiżi terzi kollha li jesportaw iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam lejn is-suq tal-Unjoni biex tikseb il-qbil tagħhom li tibda tali proċedura, filwaqt li tqis il-kwantità importata minn dawk il-pajjiżi terzi u l-potenzjal tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan tagħhom. L-ekwivalenza għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni għal kull pajjiż terz rilevanti, biss meta l-pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 5, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu u tiġi pprovduta l-evidenza kollha meħtieġa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(3) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha żżomm lura milli tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni fejn l-adozzjoni tagħhom tirriżulta f’ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jirrestrinġu l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam. L-ekwivalenza tista” tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, meta l-pajjiż terz ma jibqax jikkonforma, fil-liġi jew fil-prattika, mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu matul perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(3). Qabel ma tadotta dak l-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz bit-tħassib tagħha u tagħtih l-opportunità li jiddikjara l-fehmiet tiegħu. Meta tħejji l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-prodotti taż-żejt u petroliferi, stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (28), il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), u l-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku, stabbilit mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati oħra. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ mhux qabel 30 jum kalendarju wara d-data tal-adozzjoni tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|