8. Mill-4 ta’ Awwissu 2024, fejn xieraq u soġġett għall-proċeduri applikabbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi u timmira li l-Unjoni tidħol f’oqfsa ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam biex tappoġġahom fl-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika ekwivalenti għal dik stabbilita f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma għandhiex tirrakkomanda d-dħul f’oqfsa ta’ kooperazzjoni bħal dawn meta dawk l-oqfsa jirriżultaw f’ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 TFUE dwar l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam.