1. Sal-5 ta’ Awwissu 2028 u kull sena minn dak iż-żmien “il quddiem, għall-kuntratti ta’ provvista konklużi jew imġedda fi jew wara l-4 ta’ Awwissu 2024, il-produtturi tal-Unjoni u, skont l-Artikolu 27(1), l-importaturi tal-Unjoni għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti l-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam introdotti minnhom fis-suq tal-Unjoni kkalkulata f’konformità mal-użu tal-metodoloġija stabbilita skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Għall-kuntratti ta’ provvista konklużi qabel l-4 ta’ Awwissu 2024, il-produtturi tal-Unjoni u, skont l-Artikolu 27(1), l-importaturi tal-Unjoni għandhom iwettqu l-isforzi raġonevoli kollha biex jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti l-intensità tal-metan tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam introdotti minnhom fis-suq tal-Unjoni kkalkulata f’konformità mal-użu tal-metodoloġija stabbilita skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Mill-5 ta’ Awwissu 2028, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni li jintroduċu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fis-suq tal-Unjoni għandhom jirrapportaw kull sena lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti dwar ir-riżultati ta’ tali sforzi.