3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu jifirxu l-irkupru permezz ta’ tariffi tal-aċċess għan-network tal-kostijiet tan-networks tal-idroġenu maż-żmien sabiex jiżguraw li l-utenti futuri jikkontribwixxu kif xieraq għall-kostijiet inizjali tal-iżvilupp tan-networks tal-idroġenu. Tali allokazzjoni tal-kostijiet intertemporali u l-metodoloġija sottostanti tagħha għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri, bħal garanzija mill-Istat, biex ikopru r-riskju finanzjarju tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu assoċjat mad-diskrepanza inizjali fl-irkupru tal-kostijiet li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet intertemporali dment li tali miżuri jikkonformaw mal-Artikolu 107 tat-TFUE.