+Artikolu 5 Separazzjoni tal-bażijiet tal-assi regolatorji
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6

Artikolu 5 Separazzjoni tal-bażijiet tal-assi regolatorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Meta operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, operatur tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jew operatur tan-networks tal-idroġenu jipprovdi servizzi regolati għall-gass naturali, l-idroġenu jew l-elettriku, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżit għas-separazzjoni tal-kontijiet kif stabbilit fl-Artikolu 75 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 u fl-Artikolu 56 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) u għandu jkollu bażi tal-assi regolatorji separata għall-assi tal-gass naturali, tal-idroġenu jew tal-elettriku. Dik il-bażi tal-assi regolatorji separata għandha tiżgura li:

(a)

id-dħul mis-servizz miksub mill-forniment ta’ servizzi regolati speċifiċi jista’ jintuża biss biex tiġi rkuprata n-nefqakapitali u operazzjonali relatata mal-assi inklużi fil-bażi tal-assi regolatorji li fuqhom ġew ipprovduti s-servizzi regolati;

(b)

meta l-assi jiġu trasferiti għal bażi tal-assi regolatorji differenti, il-valur tagħhom huwa stabbilit, soġġett għal awditu u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja u huwa tali li ma jsirux sussidji inkroċjati.

Artikolu 5 2

2.   Stat Membru ma għandux jippermetti trasferimenti finanzjarji bejn servizzi regolati li huma separati skont it-tifsira tal-paragrafu 1.

Artikolu 5 3

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu jifirxu l-irkupru permezz ta’ tariffi tal-aċċess għan-network tal-kostijiet tan-networks tal-idroġenu maż-żmien sabiex jiżguraw li l-utenti futuri jikkontribwixxu kif xieraq għall-kostijiet inizjali tal-iżvilupp tan-networks tal-idroġenu. Tali allokazzjoni tal-kostijiet intertemporali u l-metodoloġija sottostanti tagħha għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri, bħal garanzija mill-Istat, biex ikopru r-riskju finanzjarju tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu assoċjat mad-diskrepanza inizjali fl-irkupru tal-kostijiet li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet intertemporali dment li tali miżuri jikkonformaw mal-Artikolu 107 tat-TFUE.

Artikolu 5 4

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista’ jippermetti trasferimenti finanzjarji bejn servizzi regolati li jkunu separati skont it-tifsira tal-paragrafu 1, dment li l-awtorità regolatorja tkun stabbiliet li l-finanzjament tan-networks permezz ta’ tariffi tal-aċċess għan-networks imħallsa mill-utenti tan-network tiegħu biss ma jkunx vijabbli. L-awtorità regolatorja, fost affarijiet oħra, għandha tikkunsidra fil-valutazzjoni tagħha, inter alia, il-valur tat-trasferimenti finanzjarji proġettati, is-sussidjar inkroċjat li jirriżulta bejn l-utenti tan-networks rispettivi u l-kosteffiċjenza ta’ dawk it-trasferimenti finanzjarji.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal trasferiment finanzjarju skont it-tifsira ta’ dan il-paragrafu:

(a)

id-dħul kollu meħtieġ għat-trasferiment finanzjarju jinġabar bħala imposta dedikata;

(b)

l-imposta dedikata tinġabar biss minn punti ta’ ħruġ lejn klijenti finali li jinsabu fl-istess Stati Membri bħala l-benefiċjarju tat-trasferiment finanzjarju;

(c)

l-imposta dedikata u t-trasferiment finanzjarju jew il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom huma approvati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom mill-awtorità regolatorja;

(d)

l-imposta dedikata approvata u t-trasferiment finanzjarju u l-metodoloġiji, meta l-metodoloġiji jiġu approvati, huma ppubblikati mhux aktar tard minn tletin jum qabel id-data ta’ implimentazzjoni tagħhom;

(e)

il-Kummissjoni u l-ACER ġew innotifikati mill-Istat Membru li ppermetta trasferimenti finanzjarji.

Artikolu 5 5

5.   L-awtorità regolatorja tista’ tapprova trasferiment finanzjarju u imposta dedikata msemmija fil-paragrafu 4, dment li:

(a)

it-tariffi tal-aċċess għan-networks jiġu imposti fuq l-utenti tal-bażi tal-assi regolatorji li jibbenefikaw minn trasferiment finanzjarju;

(b)

l-ammont totali tat-trasferimenti finanzjarji u d-dħul mis-servizzi miġbura permezz tat-tariffi tal-aċċess għan-networks ma jkunx akbar mid-dħul permess jew immirat;

(c)

trasferiment finanzjarju jiġi approvat għal żmien limitat, u dak il-perijodu ma jkunx itwal minn terz tal-perijodu tad-deprezzament li jifdal tal-infrastruttura kkonċernata.

Artikolu 5 6

6.   Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji dwar il-metodoloġiji għall-istabbiliment tal-allokazzjoni intertemporali tal-kostijiet.

L-ACER għandha taġġorna r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mill-anqas kull sentejn.

L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji dwar il-metodoloġiji għal dawn li ġejjin:

(a)

id-determinazzjoni tal-valur tal-assi li jiġu trasferiti lejn bażi tal-assi regolatorji oħra u d-destinazzjoni ta’ kwalunkwe qligħ u telf li jistgħu jsiru minħabba dan;

(b)

il-kalkolu tad-daqs u t-terminu massimu tat-trasferiment finanzjarju u l-imposta dedikata;

(c)

il-kriterji għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-imposta dedikata fost il-klijenti finali konnessi mal-bażi tal-assi regolatorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.