6. Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-ACER għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji dwar il-metodoloġiji għall-istabbiliment tal-allokazzjoni intertemporali tal-kostijiet.
L-ACER għandha taġġorna r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mill-anqas kull sentejn.
L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu u lill-awtoritajiet regolatorji dwar il-metodoloġiji għal dawn li ġejjin:
|
(a)
|
id-determinazzjoni tal-valur tal-assi li jiġu trasferiti lejn bażi tal-assi regolatorji oħra u d-destinazzjoni ta’ kwalunkwe qligħ u telf li jistgħu jsiru minħabba dan;
|
|
(b)
|
il-kalkolu tad-daqs u t-terminu massimu tat-trasferiment finanzjarju u l-imposta dedikata;
|
|
(c)
|
il-kriterji għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-imposta dedikata fost il-klijenti finali konnessi mal-bażi tal-assi regolatorji.
|