2. Sal-5 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni għandha:
|
(a)
|
twettaq evalwazzjoni tal-impatt fuq is-sistema tal-gass naturali ta’ reġim tariffarju li permezz tiegħu ma tintalab ebda tariffa għall-aċċess għas-sistemi ta’ trażmissjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, jew fil-punti ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiżi terzi li s-sistemi tagħhom jikkonnettjaw żewġ Stati Membri jew aktar; u
|
|
(b)
|
tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
Dak ir-rapport jistà, fejn xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi biex tindirizza l-ostakli identifikati fl-evalwazzjoni.