+Artikolu 6 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi rigward l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7

Artikolu 6 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi rigward l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom:

(a)

joffru kapaċità u servizzi fuq bażi nondiskriminatorja lill-utenti kollha tan-network;

(b)

jipprovdu kapaċità li tkun kemm kostanti kif ukoll interruttibbli; il-prezz tal-kapaċità interruttibbli għandu jirrifletti l-probabbiltà ta’ interruzzjoni;

(c)

joffru lill-utenti tan-network kapaċità kemm għal perijodu fit-tul kif ukoll għal perijodu qasir.

Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), meta operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni joffri l-istess servizz lil klijenti differenti, għandu jagħmel dan taħt termini u kondizzjonijiet kuntrattwali ekwivalenti, jew billi juża kuntratti ta’ trasport armonizzati jew kodiċi komuni tan-network approvati mill-awtorità regolatorja f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 78 jew 79 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.

Artikolu 6 2

2.   Sal-5 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni għandha:

(a)

twettaq evalwazzjoni tal-impatt fuq is-sistema tal-gass naturali ta’ reġim tariffarju li permezz tiegħu ma tintalab ebda tariffa għall-aċċess għas-sistemi ta’ trażmissjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, jew fil-punti ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiżi terzi li s-sistemi tagħhom jikkonnettjaw żewġ Stati Membri jew aktar; u

(b)

tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dak ir-rapport jistà, fejn xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi biex tindirizza l-ostakli identifikati fl-evalwazzjoni.

Artikolu 6 3

3.   Il-kuntratti ta’ trasport iffirmati b’dati ta’ bidu li mhumiex standard jew għal żmien iqsar minn dak ta’ kuntratt standard ta’ trasport annwali ma għandhomx jirriżultaw f’tariffi li jkunu arbitrarjament ogħla jew iktar baxxi u li ma jirriflettux il-valur fis-suq tas-servizz, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17(1).

Artikolu 6 4

4.   Meta żewġ punti ta’ interkonnessjoni jew aktar ikunu jgħaqqdu l-istess żewġ sistemi kontigwi ta’ dħul u ta’ ħruġ, l-operaturi tas-sistemi kontigwi ta’ trażmissjoni kkonċernati għandhom joffru l-kapaċitajiet disponibbli fil-punti ta’ interkonnessjoni f’punt ta’ interkonnessjoni virtwali wieħed. Kwalunkwe kapaċità kuntrattata fil-punti ta’ interkonnessjoni, irrispettivament mid-data tal-konklużjoni tagħha, għandha tiġi trasferita lejn il-punt ta’ interkonnessjoni virtwali.

Punt ta’ interkonnessjoni virtwali għandu jiġi stabbilit dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kapaċità teknika totali fil-punti ta’ interkonnessjoni virtwali tkun daqs jew iżjed mill-ammont totali tal-kapaċitajiet tekniċi f’kull wieħed mill-punti ta’ interkonnessjoni li jikkontribwixxu għall-punti ta’ interkonnessjoni virtwali;

(b)

il-punt ta’ interkonnessjoni virtwali jiffaċilita l-użu ekonomiku u effiċjenti tas-sistema, inklużi r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11.

Artikolu 6 5

5.   Meta xieraq, jistgħu jingħataw servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi soġġetti għal garanziji adegwati mingħand l-utenti tan-network b’rabta mal-affidabbiltà kreditizja ta’ tali utenti. Tali garanziji ma għandhomx jikkostitwixxu ostakli mhux ġustifikati għad-dħul fis-suq u għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u proporzjonati.

Artikolu 6 6

6.   L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandu jkollhom aċċess għan-network ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni oħrajn, jekk dan ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom inkluż f’relazzjoni ma’ trażmissjoni transfruntiera.

Artikolu 6 7

7.   Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jieħdu miżuri proporzjonati biex jirrestrinġu temporanjament il-provvisti ta’ gass naturali mill-Federazzjoni Russa u mill-Belarussja, għal perijodu ta’ żmien fiss, li jista’ jiġġedded jekk ikun ġustifikat, billi jillimitaw bil-quddiem l-offerta għall-kapaċità minn kwalunkwe utent tan-network wieħed fil-punti ta’ dħul mill-Federazzjoni Russa jew mill-Belarussja, meta dak ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u dawk tal-Unjoni, dment li tali miżuri:

(a)

ma jfixklux bla bżonn il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għal-gass naturali u l-flussi transfruntieri tal-gass naturali bejn l-Istati Membri, u ma jdgħajfux is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;

(b)

jirrispettaw il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika;

(c)

jittieħdu f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi terzi.

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu jistgħu jkollhom l-għan li jiddiversifikaw il-provvisti tal-gass naturali bil-ħsieb li titneħħa gradwalment id-dipendenza fuq il-gass naturali Russu, meta jista’ jintwera li tali miżuri huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u dawk tal-Unjoni.

Qabel ma jieħu deċiżjoni b’rabta ma’ miżura kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u, f’każ li x’aktarx jiġu affettwati mill-miżura kkonċernata, lil Stati Membri oħra, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, pajjiżi terzi li jkunu Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis b’mod sħiħ is-sitwazzjoni f’dawk l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi u kwalunkwe tħassib imqajjem f’dak ir-rigward minn dawk l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew il-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.