3. It-terminu massimu tal-kuntratti tal-kapaċità għandu jkun għoxrin (20) sena għall-infrastruttura mlestija qabel l-1 ta’ Jannar 2028 u ħmistax-il (15) sena għall-infrastruttura mlestija f’dik id-data jew wara dik id-data. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom id-dritt jimponu termini massimi iqsar jekk ikun meħtieġ biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq tal-idroġenu, iħarsu l-kompetizzjoni u jiżguraw l-integrazzjoni transfruntiera futura. Meta jadottaw deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ terminu massimu iqsar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu, fost l-oħrajn, l-impenn mill-utenti tan-network li jiżguraw il-finanzjament tan-network, l-implikazzjonijiet negattivi għall-ippjanar u l-possibbiltajiet ta’ finanzjament mill-ġdid.