+Artikolu 11 Prinċipji tal-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, it-terminals tal-idroġenu, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u l-faċilitajiet tal-LNG
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
|
Artikolu 11 Prinċipji tal-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, it-terminals tal-idroġenu, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u l-faċilitajiet tal-LNG
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Il-kapaċità massima ta’ faċilità tal-ħażna tal-gass naturali, ta’ faċilità tal-LNG, ta’ faċilità tal-ħażna tal-idroġenu jew ta’ terminal tal-idroġenu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti fis-suq, b’kont meħud tal-integrità u tal-operazzjoni tas-sistema.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. L-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu, l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali għandhom jimplimentaw u jippubblikaw mekkaniżmi ta’ allokazzjoni ta’ kapaċità nondiskriminatorji u trasparenti, li għandhom:
|
(a)
|
jipprovdu sinjali ekonomiċi xierqa għall-użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika u jiffaċilitaw investimenti f’infrastruttura ġdida;
|
|
(b)
|
ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmi tas-suq, inklużi s-swieq ta’ provvista immedjat u ċ-ċentri tal-kummerċ, filwaqt li jkunu flessibbli u adattabbli għaċ-ċirkostanzi fis-suq li qed jevolvu; u
|
|
(c)
|
ikunu kompatibbli mas-sistemi konnessi ta’ aċċess għan-network.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-kuntratti għal terminals tal-LNG, terminals tal-idroġenu u faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali għandhom jinkludu miżuri biex jipprevjenu l-akkapparrar tal-kapaċità, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji li ġejjin li għandhom japplikaw fil-każ ta’ konġestjoni kuntrattwali:
|
(a)
|
l-operatur tas-sistema għandu joffri bla dewmien kapaċità mhux użata fis-suq primarju, u, għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass naturali, għandu joffri tali kapaċità mill-anqas ġurnata bil-quddiem u fuq bażi interruttibbli;
|
|
(b)
|
l-utenti jistgħu jbigħu mill-ġdid il-kapaċità kuntrattata tagħhom fis-suq sekondarju;
|
|
(c)
|
sal-5 ta’ Frar 2026, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu, l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, individwalment jew flimkien ma’ tali operaturi oħra, għandhom jiżguraw li pjattaforma trasparenti u nondiskriminatorja ta’ prenotazzjoni għall-utenti tal-faċilitajiet tal-LNG, tat-terminals tal-idroġenu, tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali tkun disponibbli biex tippermetti lil tali utenti jerġgħu jbigħu l-kapaċità kuntrattata tagħhom fis-suq sekondarju skont il-punt (b).
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|