+Artikolu 14 Ċertifikazzjoni ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6

Artikolu 14 Ċertifikazzjoni ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika ta’ deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kif stabbilit fl-Artikolu 71(6) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, hekk kif tirċievi n-notifika. Fi żmien 50 jum ta’ xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet tali notifika, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja konċernata fir-rigward tal-kompatibilità tagħha mal-Artikolu 71(2) jew l-Artikolu 72 kif ukoll mal-Artikolu 60 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew l-Artikolu 68 ta’ dik id-Direttiva għall-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, kif applikabbli.

Fit-tħejjija tal-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ACER tagħti l-opinjoni tagħha dwar id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja. F’tali każ, il-perijodu ta’ 50 jum ta’ xogħol imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jittawwal b’50 jum ta’ xogħol oħra.

Fin-nuqqas ta’ opinjoni tal-Kummissjoni fil-perijodi msemmijin fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li ma għandhiex oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.

Artikolu 14 2

2.   Fi żmien perjodu ta’ 50 jum ta’ xogħol minn meta tirċievi opinjoni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja għandha tadotta d-deċiżjoni finali tagħha rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew l-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, filwaqt li tieħu kont kemm jista’ jkun ta’ dik l-opinjoni. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja u l-opinjoni tal-Kummissjoni għandhom ikunu ppubblikati flimkien.

Artikolu 14 3

3.   Fi kwalunkwe waqt matul il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lil operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lil operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jew lil impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew forniment, kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 14 4

4.   L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni għandhom iħarsu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 14 5

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi linji gwida li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14 6

6.   Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni skont l-Artikolu 60(9) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni. L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.