2. Sal-1 ta’ Frar 2023 jew fi żmien 150 jum tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ notifika skont il-paragrafu 9, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali li joperaw faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art b’kapaċità ta’ aktar minn 3,5 TWh meta, irrispettivament min-numru ta’ operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali totali mtlew fil-31 ta’ Marzu 2021 u fil-31 ta’ Marzu 2022 f’livell li, bħala medja, kien inqas minn 30 % tal-kapaċità massima tagħhom.
Fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni sal-1 ta’ Novembru 2022.
Fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni sat-2 ta’ Jannar 2024 jew fi żmien 18-il xahar mid-data tal-wasla ta’ notifika skont il-paragrafu 8 jew 9.