+Artikolu 15 Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8
---+Artikolu 15 9
---+Artikolu 15 10
---+Artikolu 15 11
---+Artikolu 15 12
---+Artikolu 15 13
|
Artikolu 15 Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, inkluż kwalunkwe operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali kkontrollat minn operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, ikun iċċertifikat f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, jew mill-awtorità regolatorja jew minn awtorità kompetenti deżinjata mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2017/1938 (fi kwalunkwe każ imsemmija l-“awtorità ta’ ċertifikazzjoni”).
Dan l-Artikolu japplika wkoll għall-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali kkontrollati minn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li huma ċċertifikati skont id-Direttiva 2009/73/KE jew (UE) 2024/1788.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Sal-1 ta’ Frar 2023 jew fi żmien 150 jum tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ notifika skont il-paragrafu 9, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali li joperaw faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art b’kapaċità ta’ aktar minn 3,5 TWh meta, irrispettivament min-numru ta’ operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, il-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali totali mtlew fil-31 ta’ Marzu 2021 u fil-31 ta’ Marzu 2022 f’livell li, bħala medja, kien inqas minn 30 % tal-kapaċità massima tagħhom.
Fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni sal-1 ta’ Novembru 2022.
Fir-rigward tal-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni sat-2 ta’ Jannar 2024 jew fi żmien 18-il xahar mid-data tal-wasla ta’ notifika skont il-paragrafu 8 jew 9.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Meta tikkunsidra r-riskju għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tqis kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali kif ukoll kwalunkwe mitigazzjoni ta’ tali riskju, li jirriżulta, fost oħrajn, minn:
|
(a)
|
sjieda, provvista jew relazzjonijiet kummerċjali oħra li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-inċentivi u l-ħila tal-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali li jimla l-faċilità tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art;
|
|
(b)
|
id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiż terz li jirriżultaw fl-ambitu tad-dritt internazzjonali, inkluż kwalunkwe ftehim konkluż ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar li l-Unjoni hija parti għalih u li jindirizza l-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;
|
|
(c)
|
id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward ta’ pajjiż terz li jirriżultaw fl-ambitu ta’ ftehimiet konklużi mill-Istati Membri kkonċernati ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, sakemm dawk il-ftehimiet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni; jew
|
|
(d)
|
kwalunkwe fatt u ċirkostanza speċifiċi oħra tal-każ.
|
|
|
Artikolu 15 4
|
4. Jekk l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tikkonkludi li persuna li direttament jew indirettament tikkontrolla, jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq, l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali tista’ tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni. Alternattivament, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tista’ toħroġ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni soġġetta għal kundizzjonijiet li jiżguraw il-mitigazzjoni suffiċjenti tar-riskji li jistgħu jinfluwenzaw b’mod negattiv il-mili tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art, dment li l-prattikabbiltà tal-kundizzjonijiet tista’ tiġi żgurata bis-sħiħ permezz ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ effettivi. Tali kundizzjonijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, rekwiżit li s-sid tas-sistemi tal-ħażna jew l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jittrasferixxi l-ġestjoni tas-sistema tal-ħażna.
|
|
Artikolu 15 5
|
5. Meta l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tikkonkludi li r-riskji tal-provvista tal-gass naturali ma jistgħux jiġu mitigati bil-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 4, inkluż permezz tar-rekwiżit li s-sid tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jittrasferixxi l-ġestjoni tas-sistema tal-ħażna tal-gass naturali, u għalhekk tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni, hija għandha:
|
(a)
|
tirrikjedi li s-sid tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew kwalunkwe persuna li tqis li tista’ tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru jċedu l-parteċipazzjoni azzjonarja jew id-drittijiet li jkollhom fuq is-sjieda tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew is-sjieda tal-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, u tistabbilixxi limitu ta’ żmien għal tali ċessjoni;
|
|
(b)
|
tordna, meta jkun xieraq, miżuri interim, biex tiżgura li tali persuna ma tkun tista’ teżerċita ebda kontroll jew dritt fuq dak is-sid tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali sakemm issir iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjoni azzjonarja jew tad-drittijiet; u
|
|
(c)
|
tipprevedi miżuri ta’ kumpens xierqa f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
|
|
Artikolu 15 6
|
6. L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni tagħha mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni fi żmien 25 jum tax-xogħol minn tali notifika. L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 15 7
|
7. L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni għandha toħroġ id-deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni fi żmien 25 jum tax-xogħol mill-wasla tal-opinjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 15 8
|
8. Qabel ma tibda titħaddem faċilità tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art mibnija ġdida, l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali għandu jiġi ċċertifikat f’konformità mal-paragrafi 1 sa 7. L-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali għandu jinnotifika lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni bl-intenzjoni tiegħu li jħaddem il-faċilità tal-ħażna tal-gass naturali.
|
|
Artikolu 15 9
|
9. L-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali għandhom jinnotifikaw lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tkun tirrikjedi valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.
|
|
Artikolu 15 10
|
10. L-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni għandhom jimmonitorjaw kontinwament l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. Għandhom jiftħu mill-ġdid proċedura ta’ ċertifikazzjoni biex jivvalutaw mill-ġdid il-konformità fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:
|
(a)
|
malli jirċievu notifika mill-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali skont il-paragrafu 8 jew 9;
|
|
(b)
|
fuq inizjattiva tagħhom stess meta jkollhom għarfien li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali tista’ twassal għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3;
|
|
(c)
|
fuq talba motivata tal-Kummissjoni.
|
|
|
Artikolu 15 11
|
11. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-operazzjoni kontinwa tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art fit-territorji rispettivi tagħhom. Dawk il-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art jistgħu jieqfu joperaw biss meta ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tekniċi u tas-sikurezza jew meta l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni tikkonkludi, wara t-twettiq ta’ -valutazzjoni u wara li tkun qieset l-opinjoni tan-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (l-“ENTSO tal-Gass”), li tali waqfien ma jdgħajjifx is-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali.
Għandhom jittieħdu miżuri ta’ kumpens xierqa, meta jkun xieraq, jekk il-waqfien tal-operazzjonijiet ma jkunx permess.
|
|
Artikolu 15 12
|
12. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida relatata mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 15 13
|
13. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-partijiet tal-faċilitajiet tal-LNG li jintużaw għall-ħżin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|