3. L-ENNOH għandu jikkonsisti minn operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu ċertifikati skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
L-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom ikunu eliġibbli biex isiru membri tal-ENNOH mill-bidu tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni mwettqa mill-awtorità regolatorja, soġġett għal:
|
(a)
|
ċertifikazzjoni pożittiva sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 71 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 imwettqa fi żmien 24 xahar minn meta jsiru membri tal-ENNOH; kif ukoll
|
|
(b)
|
mill-anqas l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-idroġenu b’deċiżjoni finali ta’ investiment fi żmien erba’ snin minn meta jsiru membri tal-ENNOH.
|
Jekk id-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni finali msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a), ma tkunx ittieħdet fi żmien 24 xahar minn meta jsiru membri tal-ENNOH jew jekk id-deċiżjoni finali ta’ investiment imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (b), ma tkunx ittieħdet fi żmien erba’ snin minn meta jsiru membri tal-ENNOH, is-sħubija tal-ENNOH tal-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandha tiskadi.