+Artikolu 72 1
|
Artikolu 72 1
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
|
(a)
|
l-effiċjenza enerġetika rigward in-networks u l-komponenti tal-idroġenu kif ukoll l-effiċjenza enerġetika rigward l-ippjanar tan-network u l-investimenti li jabilitaw l-aktar soluzzjoni effiċjenti fl-enerġija minn perspettiva ta’ sistema;
|
|
(b)
|
ir-regoli dwar l-interoperabbiltà għan-network tal-idroġenu, inkluż l-indirizzar tal-ftehimiet ta’ interkonnessjoni, l-unitajiet, l-iskambju tad-data, it-trasparenza, il-komunikazzjoni, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq kif ukoll il-kwalità tal-idroġenu, inkluż speċifikazzjonijiet komuni f’punti ta’ interkonnessjoni u standardizzazzjoni, odorizzazzjoni, analiżijiet tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu, u r-rapportar dwar il-kwalità tal-idroġenu;
|
|
(c)
|
regoli għas-sistema ta’ kumpens finanzjarju għall-infrastruttura transfruntiera tal-idroġenu msemmija fl-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(d)
|
regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni fuq il-proċeduri ta’ manutenzjoni u kalkolu tal-kapaċità li jaffettwaw l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kapaċità inkluż ir-raggruppament, il-metodoloġija tal-allokazzjoni inkluż algoritmi tal-irkant, is-sekwenza u l-proċedura għall-kapaċità eżistenti, inkrimentali, kostanti u interruttibbli, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, skemi ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura, skemi ta’ użu jew telf għal perijodu qasir u għal perijodu fit-tul jew xi skema oħra ta’ ġestjoni tal-konġestjoni li tevita l-ikkapparrar tal-kapaċità;
|
|
(e)
|
regoli dwar l-istrutturi tariffarji armonizzati tal-aċċess għan-network tal-idroġenu, inkluż għal tariffi f’punti ta’ interkonnessjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(8), regoli dwar l-applikazzjoni ta’ metodoloġija tal-prezz ta’ referenza, ir-rekwiżiti assoċjati ta’ konsultazzjoni u ta’ pubblikazzjoni inkluż għal dħul permess jew immirat, u l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva għall-prodotti ta’ kapaċità standard u d-dħul permess;
|
|
(f)
|
regoli għad-determinazzjoni tal-valur tal-assi trasferiti u l-imposta dedikata;
|
|
(g)
|
regoli għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni intertemporali tal-ispejjeż;
|
|
(h)
|
regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nominazzjoni, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu, l-imposti tal-iżbilanċ, il-proċessi ta’ ssetiljar assoċjati mal-imposta tal-iżbilanċ ta’ kuljum u l-ibbilanċjar operazzjonali bejn in-networks tal-operaturi tan-networks tal-idroġenu;
|
|
(i)
|
l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntieri tal-idroġenu, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|