6. Meta impriża ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba sal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tipprovdi informazzjoni inkompleta, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li teżiġi l-għoti tal-informazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta trid tingħata. Għandha tindika l-penali previsti fl-Artikolu 77(2). Għandha wkoll tindika d-dritt ta’ rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tibgħat kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza tal-persuna jew is-sede tal-impriża jew l-awtorità regolatorja ta’ dak l-Istat Membru.