1. Meta jintalab, infrastruttura maġġuri ġdida tal-gass naturali, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet tal-LNG u tal-ħażna tal-gass naturali, tista’ tiġi eżentata għal perijodu stabbilit, mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra l-Artikolu 34(5) u (6), u mill-applikazzjoni tal-Artikolu 31(1), l-Artikolu 32, l-Artikolu 33, l-Artikolu 60, l-Artikolu 78(7) u (9) u l-Artikolu 79(1) tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
Meta jintalab, infrastruttura maġġuri ġdida tal-idroġenu, jiġifieri interkonnetturi, terminals tal-idroġenu u faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu taħt l-art, tista’ tiġi eżentata għal perijodu stabbilit, mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra l-Artikolu 34(5) u (6), u mill-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 36, 37 u 68 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
Kwalunkwe tali eżenzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-investiment jeħtieġ isaħħaħ il-kompetizzjoni fil-provvista tal-gass naturali jew tal-idroġenu u jtejjeb is-sigurtà tal-provvista;
|
|
(b)
|
l-investiment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni u l-kisba tal-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija u ġie deċiż bl-applikazzjoni tal-prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel;
|
|
(c)
|
il-livell tar-riskju relatat mal-investiment jeħtieġ ikun tali li l-investiment ma jsirx jekk ma tingħatax eżenzjoni;
|
|
(d)
|
l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika li hija separata, għall-inqas mil-lat ta’ forma ġuridika tagħha, mill-operaturi tas-sistemi li fis-sistemi tagħhom tkun se tinbena dik l-infrastruttura;
|
|
(e)
|
l-imposti jiġu imposti fuq l-utenti ta’ dik l-infrastruttura;
|
|
(f)
|
l-eżenzjoni jeħtieġ ma tkunx detrimentali għall-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti li aktarx jiġu affettwati mill-investiment, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern integrat għall-gass naturali jew għall-idroġenu, għall-funzjonament tajjeb tas-sistemi regolati kkonċernati, għad-dekarbonizzazzjoni, jew għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni;
|
|
(g)
|
l-infrastruttura ma tkunx irċeviet assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal xogħol fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40).
Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jiġu vvalutati filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iqisu s-sitwazzjoni fi Stati Membri oħra affettwati u jibbilanċjaw l-effetti negattivi possibbli mal-effetti ta’ benefiċċju għat-territorju tiegħu.
|