4. Meta l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-ACER tista’ tippreżenta opinjoni konsultattiva lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien xahrejn mid-data meta t-talba għal eżenzjoni tasal għand l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji. Tali opinjoni konsultattiva tista’ tintuża bħala bażi għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji.
Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati kollha jaqblu fuq it-talba għal eżenzjoni fi żmien sitt xhur mid-data meta tasal għand l-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji, dawn għandhom jinfurmaw lill-ACER dwar id-deċiżjoni tagħhom. Meta l-infrastruttura kkonċernata tkun linja ta’ trażmissjoni bejn Stat Membru u pajjiż terz, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, l-awtorità regolatorja, jew, meta xieraq, xi awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-ewwel punt ta’ interkonnessjoni man-network tal-Istati Membri, jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità rilevanti ta’ dak il-pajjiż terz biex, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, jiżguraw li dan ir-Regolament qed jiġi applikat b’mod konsistenti fit-territorju u, meta applikabbli, fil-baħar territorjali ta’ dak l-Istat Membru. Meta l-awtorità tal-pajjiż terz ikkonsultata ma tweġibx għall-konsultazzjoni f’perijodu ta’ żmien raġonevoli jew sa skadenza stabbilita li ma taqbiżx it-tliet xhur, l-awtorità regolatorja kkonċernata tista’ tadotta d-deċiżjoni meħtieġa.
L-ACER għandha, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/942, teżerċita l-kompiti kkonferiti lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati skont dan l-Artikolu:
|
(a)
|
meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati kollha ma jilħqux ftehim fi żmien sitt xhur mid-data meta t-talba għal eżenzjoni tasal għand l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji; jew
|
|
(b)
|
meta ssir talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati.
|
L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati kollha jistgħu jitolbu b’mod konġunt li l-perijodu msemmi fit-tielet subparagrafu, il-punt (a), jiġi estiż b’perijodu massimu ta’ tliet xhur.