+Artikolu 78 9
|
Artikolu 78 9
9. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat lill-Kummissjoni kopja ta’ kull talba għal eżenzjoni mingħajr dewmien wara li taslilha. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika, mingħajr dewmien, il-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni b’format aggregat, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta d-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni u għandu jkollha, b’mod partikolari:
|
(a)
|
ir-raġunijiet dettaljati għalfejn l-awtorità regolatorja, jew l-Istat Membru, taw jew ċaħdu l-eżenzjoni, flimkien ma’ referenza għall-punt(i) rilevanti tal-paragrafu 1 li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li fuqhom dik id-deċiżjoni tkun ibbażata, inkluż l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa tal-eżenzjoni;
|
|
(b)
|
l-analiżi li saret tal-effett fuq il-kompetizzjoni u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jirriżulta mill-għotja tal-eżenzjoni;
|
|
(c)
|
ir-raġunijiet għat-tul tal-perijodu tal-eżenzjoni u s-sehem tal-kapaċità totali tal-infrastruttura li għalih tingħata l-eżenzjoni;
|
|
(d)
|
jekk l-eżenzjoni tkun relatata ma’ interkonnettur, ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati;
|
|
(e)
|
il-kontribut tal-infrastruttura għad-diversifikazzjoni tal-provvista.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|