|
+Artikolu 84 (10) |
Artikolu 84 (10)jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 13a Kooperazzjoni bejn Stati Membri konnessi indirettament bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji) 1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika, dan l-Artikolu għandu japplika meta l-Istati Membri li jkunu konnessi indirettament permezz ta’ Stat Membru ieħor u li jkunu rċevew talba għal kontribuzzjoni volontarja skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkontribwixxu biex jipprovdu l-volumi tal-gass mitluba skont l-Artikolu 13(1) jew (2), bl-użu ta’ miżuri volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 13(3), il-punt (c). 2. L-Istat Membru li jitlob solidarjetà skont l-Artikolu 13 jista’ jibgħat talba għal kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq simultanjament lil Stat Membru wieħed jew aktar konnessi indirettament biex ifittex l-aktar offerta vantaġġuża jew kombinazzjoni ta’ offerti, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass skont l-Artikolu 13(4). It-talbiet skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri konnessi indirettament li potenzjalment ikunu jistgħu jipprovdu volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji, lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja indikat għall-gass. Dawk it-talbiet għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8b), l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri li jirċievu t-talba skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom iwieġbu lill-Istat Membru rikjedenti, u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), fi żmien 18-il siegħa, filwaqt li jindikaw jekk jistgħux jagħmlu offerta għal volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji. It-tweġiba għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8a). L-Istati Membri jistgħu jirrispondu billi jindikaw l-inabbiltà tagħhom li jikkontribwixxu bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq. 3. Meta s-somma tal-volumi tal-gass li jirriżultaw mill-offerti skont l-Artikolu 13(1) u (2) u l-offerti skont dan l-Artikolu ma tilħaqx il-volumi meħtieġa, l-offerti skont dan l-Artikolu għandhom jintgħażlu awtomatikament. Meta s-somma tal-volumi tal-gass li jirriżultaw mill-offerti skont l-Artikolu 13(1) u (2) u l-offerti skont dan l-Artikolu taqbeż il-volumi meħtieġa, l-offerti skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu fil-proċess tal-għażla tal-offerti skont l-Artikolu 13(4), u l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara li jikkonsulta mal-Istati Membri involuti kollha, ifittex l-aktar offerta vantaġġuża, jew taħlita ta’ offerti fost l-offerti skont l-Artikolu 13 jew dan l-Artikolu, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni. Meta l-kontribuzzjonijiet skont dan l-Artikolu jintgħażlu mill-Istati Membri rikjedenti, it-talba skont l-Artikolu 13(1) u (2) għandha titnaqqas kif xieraq. L-Istat Membru rikjedenti għandu jinforma lill-Istati Membri kkonċernati liema volumi jkun għażel fi żmien sitt sigħat minn meta jirċievi l-offerta u mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħin indikat tal-konsenja tal-gass. 4. Meta Stat Membru konness indirettament jipprovdi kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq lill-Istat Membru rikjedenti skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens ġust ma għandux jaqbeż il-kostijiet raġonevoli u jista’ jinkludi l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 13(8a), it-tieni subparagrafu. L-ammont finali tal-kumpens ġust għandu jkun soġġett għall-mekkaniżmu ta’ kontroll ex post deskritt fl-Artikolu 13(8c). 5. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni bl-użu tas-Sistema ReCo għall-Gass stabbilita mill-ENTSOG skont l-Artikolu 3(6), sabiex jiġu identifikati l-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni disponibbli fi żmien sitt sigħat minn talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni. L-ENTSOG għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq.” 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|